L-Oppożizzjoni taqbel mal-prinċipji tal-Abbozz dwar il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza, iżda se tirriżerva l-vot sakemm isir skrutinju xieraq

Din il-pożizzjoni tirrifletti l-impenn tal-Oppożizzjoni favur proċess parlamentari serju, trasparenti u bbażat fuq konsultazzjoni adegwata.

L-Oppożizzjoni taqbel mal-prinċipji tal-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza.

Madankollu, minħabba li ma ngħatax żmien biżżejjed għal konsultazzjoni u skrutinju parlamentari adegwat, l-Oppożizzjoni se tirriżerva l-pożizzjoni u l-vot tagħha fuq kull artikolu tal-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza matul l-istadju tal-Kumitat.

It-talba għal aktar żmien għal konsultazzjoni u skrutinju serju saret ukoll minn diversi NGOs u għaqdiet tas-soċjetà ċivili.

Din il-pożizzjoni tirrifletti l-impenn tal-Oppożizzjoni favur proċess parlamentari serju, trasparenti u bbażat fuq konsultazzjoni adegwata.

21.07.2026