Li kien għal Robert Abela, dawk li llum tħabbar li se jgħaddu ġuri lanqas biss dehru quddiem il-Qorti

Li kien għal Robert Abela, illum ma konniex naslu biex il-Qorti tordna li dawk involuti fl-iskandlu ta’ 17 Black u l-korruzzjoni tal-powerstation tal-Electrogas jgħaddu ġuri.

Wara li l-Kummissarju tal-Pulizija baqa’ ma għamel xejn, kien biss grazzi għall-inkjesta maġisterjali miftuħa fuq talba ta’ Simon Busuttil u David Casa f’isem il-Partit Nazzjonalista li l-ġustizzja qed issir.

Issa Robert Abela qed jipprova jgħaddi liġi li biha każijiet bħal dawn ma jkunux investigati.

Il-Partit Laburista qed jipprova jipproteġi lil dawk involuti fil-korruzzjoni, u dan l-aħħar tentattiv tiegħu biex ineħħi d-dritt taċ-ċittadini li jitolbu inkjesta maġisterjali huwa prova oħra ta’ dan. Robert Abela ried ineħħi l-possibbiltà li każi ta’ korruzzjoni bħal dawn jiġu investigati, u llum għandna prova ċara għal xiex.

Din hi waħda mir-raġunijiet għalfejn il-poplu Malti u Għawdxi għandu jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista fid-9 ta’ Marzu fil-Belt Valletta biex flimkien nuru li ma jistax ikun li dan il-Gvern li falla jibqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn.

27.02.2025