ll-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Frank Portelli

Frank Portelli serva bħala Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1992, kif ukoll li kellu rwoli importanti fi ħdan il-Partit.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tat-Tabib Frank Portelli li miet fl-età ta’ 82 sena.

Frank Portelli serva bħala Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bejn l-1987 u l-1992, kif ukoll li kellu rwoli importanti fi ħdan il-Partit.

Fil-fatt, bejn l-1985 u l-1992, Frank Portelli serva bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, filwaqt li bejn l-1995 u l-1998 serva bħala l-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit.

Huwa kien mexxa wkoll delegazzjoni Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa fl-1987.

Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lill-familja u lill-għeżież tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

26.10.2026