Nifs Ġdid anke fis-saħħa b’netwerk ta’ sptarijiet ġodda u ċentru ġdid għall-promozzjoni tal-aħjar lifestyle

Għaxar proposti għall-qasam tas-saħħa biex pajjiżna jkollu netwerk li jiżgura distribuzzjoni ġusta tas-servizzi, inaqqas il-pressjoni fuq Mater Dei u jtejjeb l-aċċess għal kura qrib id-dar fejn tgħix, bi sptar f’kull reġjun ta’ pajjiżna

Għaxar proposti għall-qasam tas-saħħa biex pajjiżna jkollu netwerk li jiżgura distribuzzjoni ġusta tas-servizzi, inaqqas il-pressjoni fuq Mater Dei u jtejjeb l-aċċess għal kura qrib id-dar fejn tgħix, bi sptar f’kull reġjun ta’ pajjiżna

Gvern ġdid Nazzjonalista jibni sptarijiet ġodda kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, itejjeb l-Isptar Mater Dei biex ilaħħaq mad-domanda u jibni l-Isptar Ġenerali l-ġdid li ilhom jiġu mwiegħda l-Għawdxin. Dan minbarra li jinvesti aktar fil-kura fil-komunità, fil-qasam tas-saħħa mentali u fil-ġlieda kontra l-kanċer.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ilbieraħ ressaq 10 proposti għall-qasam tas-saħħa li fosthom hemm proposta innovattiva biex jinbena ċentru ta’ kwalità għolja li jippromwovi l-aħjar lifestyle li ttejjeb is-saħħa fiżika u mentali.

Dawn huma l-proposti tal-PN għall-qasam tas-saħħa, li jiżdiedu ma’ oħrajn li diġà tħabbru mill-Oppożizzjoni biex niżguraw li nipprovdu lill-Maltin u l-Għawdxin servizzi tal-kura tas-saħħa li jixirqulhom:

1. Nibnu sptarijiet ġodda kemm f’Malta u kemm f’Għawdex

  • Nibnu sptar totalment gdid fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta; 
  • Inkabbru l-Paola Hub u nibdluh fi sptar ġdid; 
  • Intejbu l-Isptar Mater Dei biex ilaħħaq mad-domanda dejjem tizdied, il-pazjenti jinqdew ahjar u l-istaff jingħata ambjent adegwat fejn jaħdem;
  • Nibnu sptar ġenerali ġdid f’Għawdex – wegħda li l-Labour ilu jagħmel, u li qatt ma twettqet.

2. Nibnu Ċentru ta’ kwalità għolja fejn nippromwovu l-aħjar lifestyle li ttejjeb is-saħħa fiżika u mentali

    Minbarra l-bini ta’ sptarijiet ġodda, il-PN qed ikun innovattiv fis-saħħa bil-proposta tal-ftuħ ta’ ċentru għat-titjib tal-lifestyle tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan il-proġett ta’ Park Nazzjonali tas-Saħħa – Ċentru ta’ Lifestyle u Riabilitazzjoni – jirrappreżenta riforma strutturali li timla vojt li ilu jeżisti: faċilità ġdida ddedikata għall-prevenzjoni, l-intervent bikri u r-riabilitazzjoni. Dan ikun l-ewwel linja ta’ difiża kontra l-mard u l-pont lura għas-saħħa wara l-isptar.

                    3. Indaħħlu proċess fejn neliminaw il-waiting time tal-isptar għall-operazzjonijiet

                    4. Nespandu s-servizzi ta’ riabilitazzjoni u kura intermedja barra mill-isptarijiet akuti, biex pazjenti li ma jeħtiġux kura intensiva ma jibqgħux jokkupaw sodod akuti. Dan iħaffef l-irkupru u jtejjeb il-flow tas-sistema kollha

                    5. Nipprovdu kura tas-saħħa mentali fil-komunità, b’faċilitajiet moderni u anke appoġġ fl-iskejjel

                    6. Inżidu l-investiment fil-ħaddiema tas-saħħa: kundizzjonijiet, karrieri, taħriġ u salarji aħjar

                    7. Indaħħlu sistema diġitali waħda għar-rekord mediku tal-pazjent u “digital front door” għas-servizzi tas-saħħa

                    8. Insaħħu ċ-ċentri tas-saħħa ewlenin biex joffru kura urġenti, dijanjostika u minor procedures fl-istess post, b’ħinijiet estiżi

                    9. Nieħdu ħsieb saħħtek bi pjan ċar: discharge planning koordinat u follow-up fil-komunità

                    10. Nikkommettu ruħna li l-mediċini kollha tal-kancer li jordnalek il-konsulent jingħataw b’xejn u ma jkollokx għalfejn tmur tittallab għall-kura

                    L-ewwel żewġ pilastri – kemm il-kullana ta’ sptarijiet ġodda kif ukoll il-bini ta’ ċentru ta’ kwalità għolja għall-promozzjoni tal-aħjar lifestyle – jaħdmu flimkien bħala sistema waħda: sptarijiet li jiffukaw fuq kura akuta ta’ kwalità għolja, u ċentru li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

                    Dan in-netwerk jiżgura distribuzzjoni ġusta tas-servizzi, inaqqas il-pressjoni fuq Mater Dei u jtejjeb l-aċċess għal kura qrib id-dar fejn tgħix, bi sptar f’kull reġjun ta’ pajjiżna.

                    Il-PN irid jagħti Nifs Ġdid lil pajjiżna anke fil-qasam tas-saħħa – Nifs Ġdid li dan il-pajjiż għatxan għalih.

                    29.04.2026