Nofs Malta u Għawdex jerġgħu jispiċċaw bla dawl
Pajjiżna jixraqlu Gvern iffukat fuq l-isfidi li għandu.
Skont Robert Abela, it-tkabbir bla pjan tal-popolazzjoni ma għandux x’jaqsam mal-problemi tal-enerġija
Robert Abela lbieraħ qalilna li jemmen li ż-żieda fil-popolazzjoni ma taffettwax id-domanda għall-enerġija.
Mhux ta’ b’xejn in-nuqqas ta’ investiment fis-sistema tad-distribuzzjoni matul is-snin. Mhux ta’ b’xejn li kemm ilu Prim Ministru Abela, hu u Miriam Dalli lil Malta u Għawdex ġabuhom qishom Christmas Tree.
Inkluż ilbieraħ stess, meta nofs Malta u Għawdex reġgħu spiċċaw bla dawl.
Residenti ta’ diversi lokalitajiet mifruxin madwar Malta u Għawdex ilbieraħ reġgħu spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku. Fost il-lokalitajiet milquta f’Malta kien hemm Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, Ħ’Attard, San Pawl il-Baħar, Baħar iċ-Ċagħaq, Ħal Balzan, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, l-Iklin, il-Kalkara, il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imsida, Santa Venera, San Ġwann, is-Swieqi u s-Siġġiewi.
Waqt li f’Għawdex ġew effettwati r-residenti tal-Belt Victoria, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, il-Fontana, Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, Ta’ Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ.
Imma Robert Abela jibqa’ jsostni li t-tkabbir bla pjan tal-popolazzjoni u l-fatt li l-Gvern Laburista ma ppjanax u ma investiex fl-infrastruttura biex jilqa’ għal dan, ma għandu x’jaqsam xejn.
Pajjiżna jixraqlu Gvern iffukat fuq l-isfidi li għandu.
Mark Anthony Sammut
Shadow Minister għall-Enerġija u l-Ambjent
10.09.2026