Qabel jaħli ħinu jikteb stqarrijiet qarrieqa, il-Labour messu l-ewwel jivverifika l-fatti
Ikun aħjar jekk il-Partit Laburista, minflok jaħli ħinu fi stqarrijiet li jippruvaw iħammġu lill-Oppożizzjoni, juri rieda serja biex ir-riformi li ilu ħames snin jipprova jnessi jiġu implimentati, għall-ġid tal-poplu kollu.
Il-Partit Nazzjonalista jiċħad kategorikament dak li qal il-Partit Laburista fi stqarrija fejn qed jimplika li l-Oppożizzjoni qed tinjora l-Parlament.
Il-Partit Laburista jagħmel sew jekk l-ewwel jivverifika l-fatti mal-uffiċċju tal-Ispeaker tal-Kamra qabel ma joħroġ ifajjar akkużi bla bażi.
Il-Partit Nazzjonalista mexa mar-ruling tal-Ispeaker għal korrezzjoni ta’ stqarrija, liema korrezzjoni saret fiż-żmien stipulat u hi pubblika fuq is-sit tal-PN.

14.10.2026