Robert Abela bla soluzzjonijiet għall-problemi li ħoloq hu stess
Fil-Budget li ressaq il-Gvern, Robert Abela ma offra l-ebda soluzzjonijiet għall-problemi li ħoloq huwa stess. Minflok, ipprova jroxx il-bżar fl-għajnejn filwaqt li ħeba l-problemi taħt it-tapit.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li indirizza wara l-preżentazzjoni tal-Budget 2025, Robert Abela ma kellu l-ebda soluzzjoni għal kif se jindirizza l-problemi li ħoloq huwa stess. Fost dawn Robert Abela ma qalx:
- kif se jġib lura l-€400 miljun li ta lil Steward u lill-Vitals
- kif se jitħallas id-dejn rekord ta’ pajjiżna
- kif se se jnaqqas il-waiting lists fl-isptarijiet
- kif se jtaffi l-problema tat-traffiku
- kif se jitwaqqaf id-drenaġġ fil-baħar
Robert Abela ma għamel l-ebda referenza għal proġetti li l-Gvern poġġa bħala proġetti prinċipali fil-programm politiku tiegħu. Huwa ma semma xejn dwar:
- il-proġett tal-Metrò
- il-pont bejn Malta u Għawdex
- l-Isptar għas-Saħħa Mentali
- il-bini ta’ skejjel ġodda
Robert Abela wera li l-Gvern tiegħu huwa nieqes minn direzzjoni strateġija għax ma għamel l-ebda referenza għal niċeċ ekonomiċi ġodda.
Fuq kollox, Robert Abela nesa kategoriji sħaħ ta’ nies. Id-diskors tal-Budget ma jagħmel l-ebda referenza għall-Università jew l-MCAST u jinsa lill-bdiewa u lis-sajjieda.
Robert Abela qata’ qalbu li jipprovdi s-soluzzjonijiet lill-poplu Malti u Għawdxi għax jinsab mitluf fil-kaos li ħoloq huwa stess.
28.10.2024