Robert Abela għandu jaċċetta l-istedina ta’ Alex Borg dwar il-proġett tat-trasport tal-massa
Żmien l-iskużi spiċċa.
Jekk kif qal illum il-Ministru Chris Bonett, il-Gvern verament irid li ningħaqdu flimkien biex insolvu l-kriżi tat-traffiku, għandu jieqaf iħalli l-qasma bejn Robert Abela u Clyde Caruana dwar sistema tat-trasport tal-massa tfixklu milli jaġixxi.
Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Prim Ministru Robert Abela biex jilqa’ l-istedina li għamillu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg, u jiffirmaw Memorandum of Understanding biex ikun żgurat li l-proġett tat-trasport tal-massa jsir, ikun min ikun fil-gvern.
11.11.2025