Robert Abela għandu jiddikjara jaqbilx mal-pubblikazzjoni tal-Inkjesta dwar 17 Black u l-Panama Papers
Il-Partit Nazzjonalista jirreferi għall-istqarrija ppubblikata ftit tal-ħin ilu mill-Partit Laburista, u jisfida lil Robert Abela biex pubblikament jiddikjara li jaqbel li l-Inkjesta Maġisterjali dwar 17 Black u l-Panama Papers għandha tiġi ppubblikata minnufih.
Jekk il-Partit Laburista m’għandu xejn x’jaħbi, għalfejn għadu s’issa ma ddikjarax pubblikament li l-Inkjesta dwar 17 Black u l-Panama Papers għandha tiġi ppubblikata mingħajr aktar dewmien?
04.01.2025