Robert Abela għandu jieqaf jigdeb lin-nies
Waqt li Robert Abela qed jipprova jpinġi stampa li kollox ward u żahar f’pajjiżna, il-Ministru tal-Finanzi tiegħu qed jikxef stampa kompletament differenti.
Robert Abela għandu jieqaf jigdeb lin-nies dwar il-qagħda tal-ekonomija u l-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżna.
Il-President tal-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija – vuċi ewlenija u rispettata mill-komunità tan-negozju f’Malta – qed iwiddeb lill-Prim Ministru talli qed jaħbi l-verità dwar l-ekonomija, u qed jappellalu biex ikun onest mal-poplu.
“Ma nistgħux ningħataw verżjoni mod wara l-bibien magħluqa fl-MCESD, u barra jgħidulna mod ieħor, u nagħtu impressjoni li kollox business as usual,” qal il-President ta’ The Malta Chamber, skont rapport fit-Times of Malta.
Waqt li Robert Abela qed jipprova jpinġi stampa li kollox ward u żahar f’pajjiżna, il-Ministru tal-Finanzi tiegħu qed jikxef stampa kompletament differenti.
Xi ħadd qed jigdeb.
U nafu min.
Adrian Delia
Shadow Minister għall-Finanzi
Darren Carabott
Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi
19.09.2026