Robert Abela pprova jaħbi li ssellef biljun ewro eżatt qabel sejjaħ l-elezzjoni, imma nqabad
Id-dejn tal-pajjiż laħaq rekord ieħor. F’ħames snin Robert Abela għamel dejn iktar minn kemm għamel dejn il-pajjiż f’55 sena taħt diversi Prim Ministri. Fl-aħħar ħames snin Robert Abela għamel dejn ta’ iktar minn biljun ewro kull sena. U issa nafu li matul April 2026 biss, f’xahar wieħed, Robert Abela issellef biljun ewro.
F’Malta ordna lill-NSO biex ma joħroġx l-istatistika tad-dejn bl-iskuża tal-jum ta’ riflessjoni lejliet l-elezzjoni…imma l-Bank Ċentrali Ewropew kixfu fuq is-self rekord ta’ €12-il biljun fl-aħħar ta’ April
Id-dejn tal-pajjiż laħaq rekord ieħor. F’ħames snin Robert Abela għamel dejn iktar minn kemm għamel dejn il-pajjiż f’55 sena taħt diversi Prim Ministri. Fl-aħħar ħames snin Robert Abela għamel dejn ta’ iktar minn biljun ewro kull sena. U issa nafu li matul April 2026 biss, f’xahar wieħed, Robert Abela issellef biljun ewro.
Il-Gvern Laburista pprova jaħbi dan kollu billi ordna lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li suppost huwa indipendenti, biex ma jippublikax dan il-fatt qabel l-elezzjoni biex taparsi josserva l-jum ta’ riflessjoni. Din qatt ma ġrat qabel fl-istorja ta’ Malta u fl-aħħar elezzjoni din l-istatistika tad-dejn mill-NSO inħarġet proprju lejliet l-elezzjoni.
Iżda l-Bank Ċentrali Ewropew kixef dak li Robert Abela jrid jaħbi mill-poplu Malti u Għawdxi. Dan ikompli juri kif Robert Abela ħataf l-istituzzjonijiet kollha taħt idejh u janqal dubji serji dwar iċ-ċifri ppublikati minn entitajiet li suppost huma indipendenti.
F’April 2026, Robert Abela iddejjen daqs il-medja annwali tal-aħħar ħames snin u nofs. F’xahar wiehed biss, Robert Abela ssellef dak li normalment jissellef f’sena sħiħa. Għabba lill-poplu Malti u Għawdxi b’self rekord. Kwart tas-self li daħħalna fih Robert Abela huwa mal-barranin. Is-self ta’ Malta u Għawdex issa huwa €12-il biljun skont ċifri li ppubblika l-Bank Ċentrali Ewropew u li żvela lbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fin-Naxxar. Meta Robert Abela sar Prim Ministru, is-self kien €5 biljuni.
Robert Abela nqabad li fix-xahar ta’ qabel l-elezzjoni, issellef biljun ewro. Filwaqt li l-Gvern ta’ Robert Abela jrid ikun jaf kollox fuqek u fuq il-familja tiegħek, hu jaħbi l-assi tiegħu u ta’ sħabu. Issa saħansitra qed jaħbi il-fatti dwar il-finanzi tal-pajjiż. Int trid tħallas għal dan kollu filwaqt li tal-qalba jkomplu jitħanżru.
Flus in-nies Abela għamilhom flusu biex jirbaħ l-elezzjoni akkost ta’ kollox. It-taxxi li ħallast int biex imorru fuq is-saħħa u l-pensjonijiet marru fuq il-qadi. Bir-raġun li l-Laburisti li qatt ma stennew xejn mingħand il-Gvern u oħrajn li twarrbu mhux qed jagħrfu lill-Partit Laburista llum.
Wara li lil dawn in-nies ħadilhom il-vot u abbandunahom matul il-leġiżlatura, issa Robert Abela jrid jirbaħ l-elezzjoni ġenerali – elezzjoni li sejjaħ sena qabel għax ma felaħx aktar għall-pressjoni – biex minn nhar it-Tnejn, bit-taxxi tagħhom iħallas id-dejn li għamel ħalli jaqdi lil tal-qalba. Dawn huma flus il-ħaddiema, flus is-self-employed u flus is-sidien tan-negozji.
Taħt Robert Abela, għall-qadi lil tal-qalba tħallas int. Taħt Robert Abela kull taxxa li tħallas int, parti minnha tmur biex jitħallsu d-dejn u l-imgħaxijiet.
28.05.2026

