Robert Abela, x’se tagħmel?
Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar illum qal li min għandu problema bil-fatt li għadu jmexxi din l-Awtorità għandu jkellem lill-Gvern li ħatru.
Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar illum qal li min għandu problema bil-fatt li għadu jmexxi din l-Awtorità għandu jkellem lill-Gvern li ħatru.
Sal-lum mal-34 entità bejn għaqdiet ambjentali u ċivili, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-istudenti u għaqdiet tar-residenti qalu li Johann Buttigieg mhux postu jmexxi l-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Partit Nazzjonalista ilu jsostni li r-responsabbiltà taqa’ fuq spallejn il-Prim Ministru. Robert Abela għandu jgħidilna x’se jagħmel. Hux se jibqa’ jiddeċiedi fl-interess tiegħu jew inkella hux se jibda jiddeċiedi fl-interess nazzjonali.
Robert Abela, x’se tagħmel?
24.09.2026