Solidarjetà sħiħa mal-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-membri tal-forzi tal-ordni li ta’ kuljum jaħdmu biex iżommu l-ordni u s-sigurtà, kultant b’riskju għal ħajjithom stess.

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-uffiċjali tal-pulizija li ndarbu llum f’San Ġiljan, kif ukoll mal-uffiċjali kollha tal-forzi tal-ordni li għadhom qed jippruvaw iġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-membri tal-forzi tal-ordni li ta’ kuljum jaħdmu biex iżommu l-ordni u s-sigurtà, kultant b’riskju għal ħajjithom stess.

Nittamaw li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta kemm jista’ jkun malajr.

Conrad Borg Manchè
Shadow Minister għall-Intern u s-Sigurtà

24.07.2026