Enerġija u Ilma

Kontijiet orħos tad‐dawl, sigurtà tas‐servizzi għall‐familji u n‐negozji

Il‐ġenerazzjoni, il‐provvista u d‐distribuzzjoni tal‐elettriku huma essenzjali fil‐ħajja ta’ kuljum, ibda mid‐dar u kompli fl‐iskejjel, fl‐ispartijiet u fuq il‐postijiet tax‐xogħol. Il‐ħolqien tal‐impjiegi u t‐tkabbir ekonomiku jiddependu wkoll fuq il‐provvista tal‐elettriku. Għaldaqstant, qegħdin nintrabtu mal‐poplu li nraħħsu l‐kontijiet tad‐dawl filwaqt li nżommu s‐sussidji kif meħtieġ. Bi pjan responsabbli ta’ kif inżidu l‐ġenerazzjoni tal‐elettriku u x’sorsi nużaw.

Irridu mhux biss kontijiet orħos, mhux biss sigurtà tal‐provvista li hi essenzjali għall‐ekonomija, iżda se naħdmu biex ikollna rata qawwija ta’ ġenerazzjoni tal‐enerġija minn sorsi nodfa.

Il‐Gvern Laburista ilu 13‐il sena jwegħdek enerġija rinovabbli. Il‐Partit Nazzjonalista fil‐Gvern, kuntrarju għall‐gvern preżenti, jemmen bil‐provi fl‐enerġija rinnovabbli tant li qed nintrabtu li nilħqu 30% tal‐enerġija rinnovabbli sal‐2030, u nkunu carbon‐neutral sal‐2050.

Dan itejjeb l‐arja ta’ madwarna u n‐nifs li nieħdu.

Pjan ta' Azzjoni Nagħtuk nifs ġdid bi traħħis fil‐kontijiet tad‐dawl

Il‐rabta tagħna miegħek hi ċara: irridu pajjiż fejn l‐enerġija ma tibqax piż ieħor fuq il‐ħajja tiegħek ta’ kuljum, iżda ssir sistema aktar ġusta, aktar sempliċi, fejn il‐familji, il‐bdiewa, u r‐raħħala jiffrankaw, iħallsu anqas kontijiet u jibqagħlhom aktar flus fil‐but.

Il‐kontijiet tad‐dawl huma wħud mill‐aktar spejjeż li jolqtu lil kulħadd. Jolqtu lill‐familji, lill‐pensjonanti, lill‐ħaddiema li jaħdmu mid‐dar, lill‐bdiewa, lir‐raħħala u lin‐negozji ż‐żgħar. Għalhekk il‐politika tal‐enerġija ma tistax tibqa’ titqies biss bħala kwistjoni ta’ powerstations, interconnectors u kuntratti tal‐provvista. Hi kwistjoni ta’ kemm jibqa’ flus fil‐but tan‐nies fl‐aħħar tax‐xahar.

Il‐Partit Nazzjonalista għandu pjan ċar: kontijiet tal‐enerġija mnaqqsa, aktar sempliċi u aktar favorevoli għall‐familji u għall‐ekonomija produttiva. Sistema li tnaqqas l‐ispejjeż fissi, li tagħmel l‐ewwel livelli tal‐konsum aktar affordabbli, li tipproteġi lil dawk li jgħixu waħedhom, u li sserraħ moħħ il‐bdiewa u r‐raħħala.

Din mhijiex proposta kumplessa. Mhijiex skema li trid timla l‐formoli għaliha. Mhijiex wegħda li tiddependi fuq proċessi amministrattivi twal. Hi bidla diretta fil‐kont: inqas spejjeż fissi, rata aktar baxxa fuq il‐konsum normali, protezzjoni aktar ġusta għal min jgħix waħdu u tariffa agrikola ġdida biex ngħinu lill‐bdiewa u r‐raħħala li bix‐xogħol tagħhom jipprovdu ikel ġenwin tajjeb għal saħħitna u jħarsu l‐ambjent.

Hawnhekk irridu naslu: dawk li jgħixu waħedhom u l‐familji kollha jgawdu direttament bi tnaqqis fil‐kontijiet tagħhom. Il‐bidla tkun awtomatika, sempliċi u tinftiehem minn kulħadd.

Aktar Proposti

Enerġija nadifa u sistema aktar intelliġenti

08. Nilħqu mira ta’ 30% fl‐enerġija rinnovabbli sal‐2030

Inwettqu bidla konkreta fis‐sistema tal‐enerġija biex Malta tasal għal 30% tal‐elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli sal‐2030. Din mhijiex mira ambjentali biss. Hija wkoll mira ekonomika u soċjali. Aktar enerġija rinnovabbli tfisser inqas dipendenza fuq il‐fuel importat, inqas pressjoni fuq is‐sussidji tal‐Gvern, aktar stabbiltà fil‐prezzijiet u aktar spazju biex inżommu kontijiet orħos għall‐familji u n‐negozji. Il‐pakkett tagħna biex inraħħsu l‐kontijiet għandu spiża stmata ta’ madwar €30 miljun fis‐sena. Żieda ta’ madwar 5 punti perċentwali fil‐ġenerazzjoni tal‐enerġija minn sorsi rinnovabbli tista’ tikkumpensa din l‐ispiża bi tnaqqis fl‐ispejjeż tal‐fuel u fis‐sussidji relatati mal‐ġenerazzjoni tal‐enerġija.

Għalhekk il‐politika tagħna hi ċara: innaqqsu l‐kontijiet issa u nħallsu għal dan billi nħaffu l‐bidla lejn enerġija nadifa. Il‐Gvern Laburista ħalla l‐miri tar‐rinovabbli jimxu bil‐mod wisq. Aħna rridu nbiddlu din ir‐realtà. L‐obbligi ma jistgħux jibqgħu fuq il‐karta. Il‐miri se nilħquhom b’kontijiet orħos, enerġija aktar nadifa u sistema aktar sigura.

09. Aġġornament tal‐panelli solari eżistenti

Inniedu grant apposta biex il‐familji li snin ilu kienu investew fil‐panelli solari jkunu jistgħu jaġġornaw is‐sistema tagħhom mingħajr ma jkollhom ineħħu l‐installazzjoni kollha. Niżguraw li Malta tuża aħjar il‐bjut u s‐soqfa li diġà għandhom infrastruttura u żżid il‐produzzjoni nadifa bl‐inqas dewmien.

10. Skema solari għall‐appartamenti u kondominji ġodda

Nintroduċu skema apposta li tinċentiva lill‐blokok tal‐appartamenti u l‐kondominji ġodda jiksbu sistemi solari komuni jew sistemi żgħar għal kull appartament mill‐mument tad‐disinn. Min jgħix f’appartament ma jistax jibqa’ eskluż mill‐enerġija nadifa minħabba struttura ta’ proprjetà li llum taħdem kontrih.

11. Batteriji għad‐djar u l‐SMEs li għandhom il‐panelli solari

Inkomplu u nsaħħu l‐għajnuna għall‐batteriji fid‐djar u n‐negozji ż‐żgħar li għandhom panelli solari, biex aktar enerġija tinżamm għall‐użu tagħhom u tonqos il‐pressjoni fuq il‐grid waqt l‐eqqel ħinijiet.

12. Canopies solari fuq il‐parkeġġi, l‐iskejjel u ż‐żoni industrijali

Ninvestu f’canopies solari fil‐parkeġġi pubbliċi, iż‐żoni industrijali u l‐iskejjel biex l‐ispazji miftuħa tal‐konkos isiru sors ta’ enerġija nadifa, dell u effiċjenza. Niżguraw li Malta tuża l‐art diġà mibnija qabel tfittex spazji ġodda.

13. Panelli fuq il‐bini pubbliku magħqudin ma’ ħażna ta’ batteriji

Nagħmlu programm nazzjonali biex kull saqaf pubbliku fattibbli, bħal skejjel, ċentri tas‐saħħa, uffiċini u kwartieri pubbliċi, jibda jiġġenera u jaħżen l‐enerġija. Gvern ġdid Nazzjonalista jmexxi bl‐eżempju u jnaqqas il‐kontijiet tiegħu stess.

14. Inwettqu l‐proġett tat‐turbini tar‐riħ ’il barra mill‐kosta

Nimbuttaw ’il quddiem b’serjetà l‐proġett ta’ floating offshore wind li ilu snin fil‐viżjoni fit‐tul tal‐Partit Nazzjonalista, b’akkwist trasparenti, studji serji u integrazzjoni fil‐ħin man‐network. Niżguraw li Malta ma tibqax tħares lejn il‐potenzjal tar‐riħ u l‐baħar bla ma taġixxi.

15. Batteriji tal‐komunità f’żoni urbani

Nintroduċu proġetti pilota ta’ batteriji tal‐komunità fil‐lokalitajiet b’ħafna appartamenti biex aktar residenti jibbenefikaw indirettament mix‐xemx.

16. Drittijiet solari

Niftħu proċess nazzjonali dwar id‐drittijiet solari biex min jinvesti fil‐panelli jew jgħix f’appartament ma jitlifx l‐investimet li jkun għamel fil‐ġenerazzjoni tal‐enerġija jekk żvilupp fil‐viċin ipoġġih fid‐dell u jdgħajjiflu d‐dawl tax‐xemx.

17. Investiment solari kondiviż u sostnut mill‐Gvern

Noħolqu skema ta’ enerġija solari kondiviża fuq il‐bini pubbliku biex min m’għandux bejt ikun jista’ jixtri sehem negozjabbli f’installazzjonijiet akbar u jibbenefika minn kisbiet simili għal dak li jkun investa f’panelli fuq daru.

kontenut

Sigurtà tal‐enerġija u infrastruttura moderna

Sigurtà tal‐enerġija u infrastruttura moderna

18. Tisħiħ qawwi tan‐network tad‐distribuzzjoni

Ninvestu f’feeders, substations, transformers u monitoraġġ diġitali biex insaħħu n‐network u nnaqqsu drastikament il‐blackouts speċjalment fiż‐żoni vunerabbli. Din hi l‐aktar miżura urġenti biex id‐dawl jibqa’ mixgħul dejjem, sajf u xitwa, u biex Malta tkun lesta għal aktar enerġija rinovabbli.

19. Pjan speċjali ta’ reżiljenza għas‐sħanat qawwija

Inniedu programm immirat għal‐lokalitajiet li jġarrbu l‐aktar mewġiet tas‐sħana, b’investiment tekniku u operattiv biex il‐provvista tal‐elettriku tibqa’ stabbli waqt l‐eqqel ħinijiet. Niżguraw moniteraġġ diġitali tan‐network fil‐ħin reali.

20. Nesploraw it‐tielet u r‐raba’ interconnector

Nibdew ippjanar strateġiku għal aktar interconnectors li jinżlu f’żoni differenti, inkluż mal‐Afrika ta’ Fuq, u li ma jżidux l‐istess dipendenza ġeografika. Is‐sigurtà tal‐provvista tfisser li Malta ma tibqax tiddependi fuq numru limitat ta’ konnessjonijiet fl‐istess direzzjoni.

21. Pipeline lest għall‐idroġenu għall‐futur

Nistudjaw u nippjanaw pipeline li jkun lest għall‐idroġenu u li jkun kompatibbli man‐networks Ewropej futuri, biex Malta tkun lesta għal teknoloġiji ġodda u ma tibqax lura hekk kif jinbidel is‐suq tal‐enerġija fil‐kontinent.

22. Kumpens awtomatiku lill‐konsumaturi waqt blackouts u vultaġġ ħażin

Insaħħu lir‐Regolatur għas‐Servizzi tal‐Enerġija u l‐Ilma (REWS) biex dan jimponi garanzija ta’ disponibbiltà tas‐servizz u kumpens awtomatiku lill‐konsumaturi f’każ ta’ blackouts jew provvista b’ vultaġġ ħażina. Hekk niżguraw il‐ħarsien tad‐drittijiet tal‐konsumatur fil‐prattika.

23. Trasparenza sħiħa fil‐kuntratti tal‐enerġija

Nirrevedu l‐kuntratti ewlenin tal‐enerġija u nistabbilixxu prinċipju ċar li Malta għandha dejjem tixtri l‐enerġija mingħand l‐orħos sors disponibbli li joffri sigurtà u affidabbiltà. Governanza tajba fl‐enerġija tfisser ukoll valur aħjar għall‐poplu.

Enerġija għad‐djar, in‐negozji u t‐trasport

Enerġija għad‐djar, in‐negozji u t‐trasport

24. Inkomplu l‐għajnuna għal water heaters bil‐heat pumps

Insaħħu l‐iskema biex aktar familji jibdlu s‐sistemi antiki tat‐tisħin tal‐ilma b’heat pump water heaters aktar effiċjenti. Din hi miżura sempliċi, viżibbli u b’ritorn relattivament mgħaġġel fuq l‐investiment.

25. Kreditu tat‐taxxa għas‐sidien li jtejbu l‐proprjetajiet mikrija

Noħolqu tax credit għas‐sidien li jagħmlu titjib sostenibbli fi djar jew proprjetajiet mikrija, b’rabta ma’ standards minimi tal‐effiċjenza u kuntratti reġistrati. Hekk insolvu s‐sitwazzjonijiet ta’ kerrejja li jħallsu l‐kontijiet u sidien li m’għandhomx inċentivi biex jinvestu.

26. Skemi aħjar ta’ effiċjenza fl‐enerġija għall‐SMEs

Insaħħu l‐għajnuna lil‐lukandi, il‐ħwienet, ir‐ristoranti u l‐workshops biex dawn inaqqsu l‐konsum tal‐enerġija u jaġġornaw it‐tagħmir tagħhom. Niżguraw li n‐negozji ż‐żgħar inaqqsu l‐ispejjeż mingħajr ma jgħaddu l‐piż kollu fuq il‐konsumatur.

27. Qafas ta’ kuntratti nodfa għall‐industrija ta’ daqs kbir

Noħolqu qafas ta’ kuntratti fit‐tul għall‐enerġija nadifa biex il‐kumpaniji l‐kbar, il‐lukandi u s‐servizzi li jikkunsmaw ħafna jkollhom aktar ċertezza fil‐prezzijiet u aktar inċentiv jinvestu f’enerġija bl‐inqas emissjonijiet.

28. Depots, chargers u konverżjoni tal‐flotta ta’ tal‐linja

Ninvestu f’depots elettriċi, chargers u konverżjoni gradwali tal‐flotta tal‐karozzi tal‐linja biex innaqqsu l‐emissjonijiet fit‐trasport pubbliku, wara li l‐Gvern Laburista ħassar proġett b’fondi Ewropej. Gvern ġdid Nazzjonalista jibda minn fejn għandu l‐akbar kontroll dirett u viżibbli. Bl‐istess mod inżidu l‐investiment biex il‐qalba tal‐vetturi privati lejn vetturi elettriċi jew hybrid tilħaq lil ħafna aktar vetturi.

29. Tnaqqis tal‐bolla għall‐bini aktar sostenibbli

Norbtu t‐taxxa tal‐boll u inċentivi oħra mal‐effiċjenza tal‐enerġija tal‐bini hekk kif determinata fiċ‐ċertifikat tal‐Energy Performance, mal‐użu ta’ materjali aktar sostenibbli u ma’ disinn li juża aħjar id‐dawl u l‐ventilazzjoni naturali. Min jibni aħjar igawdi vantaġġ ċar.

30. Rati iktar vantaġġjużi għal min jiċċarġja l‐karozza elettrika d‐dar

Innaqqsu r‐rata li biha tiċċarġja l‐karozza elettrika tiegħek id‐dar minn 12ċ98 għall‐orħos rata ta’ 10ċ47, biex insaħħu l‐inċentiv lil dawk is‐sidien li jinvestu f’karozza elettrika u jnaqqsu l‐emissjonijiet mit‐toroq.

Is‐sigurtà fil‐provvista tal‐ilma

Is‐sigurtà fil‐provvista tal‐ilma

31. Insaħħu l‐ilma tal‐pjan

Nimplimentaw proġett pilota u skema mmirat biex jissaħħaħ l‐ilma tal‐pjan billi ninċentivaw metodi dwar kif l‐ilma tax‐xita jerġa’ jispiċċa lura fl‐ilma tal‐pjan.

32. Inwettqu miżura mwiegħda iżda mhux imwettqa mill‐Partit Laburista għall‐użu mill‐ġdid tal‐ilma

Inniedu skemi intiżi biex ninċentivaw it‐trattament u l‐użu ta’ small‐scale grey‐water fid‐djar. Bis‐saħħa ta’ teknoloġiji eżistenti, l‐ilma tal‐banju u tal‐ħasil, pereżempju, ikun jista’ jissaffa fil‐post biex jintuża għal skopijiet oħra fl‐istess dar.

33. Funtani tal‐ilma tax‐xorb fil‐pjazez u l‐postijiet turistiċi

Nimplimentaw network ta’ funtani tal‐ilma tax‐xorb imħaddma bil‐panelli solari fil‐pjazez u l‐postijiet turistiċi biex nipprovdu mod faċli u mgħaġġel ta’ kif wieħed jimla l‐fliexken tal‐ilma. Hekk nipprovdu ilma tajjeb għax-xorb fl-ispazji miftuħa, innaqqsu l-użu tal-plastic, u nnaqsu l-carbon-footprint ta’ pajjiżna.

Niżżel il-PDF

Programm Elettorali

Agħżel kapitlu
Kapitli oħra
Enerġija u Ilma
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.