Ittra lil Maltin u l-Għawdxin kollha

Oriġinarjament ippubblikat Alex Borg's Facebook Page

Ittra lil Maltin u l-Għawdxin kollha

Ħbieb Maltin u Għawdxin, b'rieda tajba dħalt fil-politika għax nemmen li hi l-aħjar mezz biex tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

Ħbieb Maltin u Għawdxin,

B’rieda tajba dħalt fil-politika għax nemmen li hi l-aħjar mezz biex tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

Għal dawk il-familji li ta’ kuljum iqumu jaħdmu bla heda biex ikunu s-sinsla ta’ dan il-pajjiż.

Għaż-żgħażagħ li jistaqsu jekk pajjiżhom għadux il-post fejn jistgħu jwettqu l-ħolm tagħhom.

Għall-ħaddiema u n-negozjanti li ta’ kuljum jagħtu sehemhom biex Malta tibqa’ miexja ’l quddiem.

Għall-anzjani tagħna, li taw tant lil dan il-pajjiż, u li llum jixirqilhom jgħixu b’serħan il-moħħ.

Jien inħobb lil Malta.

U proprju għax inħobb lil dan pajjiżi, naf li nistgħu nkunu ħafna aħjar.
Irridu Malta li tibqa’ miexja ’l quddiem.
B’aktar għaqal. 
B’aktar ħsieb. 
B’aktar rispett lejn il-ħajja tan-nies.

Jiena nemmen f’Malta li terġa’ tagħti l-aħjar tagħha.

Irrid pajjiż fejn tkun tista’ ssir sid ta’ l-ewwel dar tiegħek bla xkiel.

Fejn int tkun tista’ tgawdi aktar il-familja.

Fejn int terġa’ tieħu ħinek lura.

Fejn it-trobbija tat-tfal terġa’ tkun deċiżjoni tal-ġenituri, b’fiduċja u b’serħan il-moħħ.

Fejn l-anzjani tagħna ma jibqgħux mgħobbija bil-ħsieb ta’ kemm jiswew il-ħtiġijiet ta’ kuljum.

Li tħalli lil min irid jinvesti, jaħdem u joħloq ix-xogħol, u li jagħmel dan b’serħan il-moħħ u b’inqas piż.

Malta li terġa’ tpoġġi lin-nies tagħha fil-qalbha soċjali.

Malta li terġa’ temmen li tista’ tkompli tirnexxi b’mod li jgħodd għal kulħadd.

U għalhekk qiegħed hawn. Biex inkompli minn fejn bdejt.
Biex il-politika terġa’ tmur lura għand in-nies.

Dan hu l-mument tiegħek biex flimkien nagħtu lil Malta u Għawdex tagħna nifs ġdid.

Dejjem Tagħkom,

Alex