Dan hu l-Mument tiegħek biex tagħti Nifs Ġdid lil Malta u Għawdex
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg jippreżenta t-tim ta’ kandidati tal-PN għall-elezzjoni ġenerali – kandidati b’enerġija u b’esperjenza; preparati u determinatili nagħtu Nifs Ġdid lil Malta u Għawdex
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg jippreżenta t-tim ta’ kandidati tal-PN għall-elezzjoni ġenerali – kandidati b’enerġija u b’esperjenza; preparati u determinatili nagħtu Nifs Ġdid lil Malta u Għawdex
Dan hu l-Mument tiegħek biex tagħti Nifs Ġdid lil Malta u Għawdex.

F’xandira diretta aktar kmieni llum mis-Saluting Battery tal-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta u bil-kandidati kollha tal-PN preżenti, il-Kap tal-PN Alex Borg qal li l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta ruħu quddiem il-poplu b’tim ta’ kandidati b’enerġija u b’esperjenza, ilkoll preparati u determinatli li jagħtu Nifs Ġdid lil pajjiżna.
Alex Borg qal li dik tat-30 ta’ Mejju hija elezzjoni bikrija li sssejħet purament biex Abela u sħabu jissalvagwardjaw il-poter tagħhom.

Illum il-poplu jinsab għatxan għal gvern differenti – gvern li jħares l-interess nazzjonali; gvern li jmexxi lil Malta fid-direzzjoni tajba; gvern li jissalvagwardja l-familji, l-anzjani, ż-żgħażagħ, il-ħaddiema, il-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Il-poplu ma jridx aktar il-politika tal-blu jew l-aħmar. Il-poplu qed iwerżaq għall-politika tal-bandiera Maltija bajda u ħamra, politika li tgħaqqadna.
Sa mill-ewwel ġurnata tal-kampanja elettorali, il-Partit Nazzojonalista beda jippreżenta l-proposti tiegħu, u mill-gvern determinat li jwettaq dak li jwiegħed. Determinat li jagħti liż-żgħażagħ Malta fejn jistgħu jaħdmu, jgħixu u jrabbu familja u fejn jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Fejn l-anzjani jgħixu f’dinjità, u fejn il-familji jkunu fiċ-ċentru tal-politika, fejn il-ħaddiema verament jaħdmu biex jgħixu u mhux bil-kontra, u fejn in-negozji jkollhom dejjem aktar opportunitajiet.

“Irridu naraw Malta u Għawdex aħjar. U qed naħdmu flimkien għal dan il-għan, għax qalbna tħabbat għal pajjiżna u għal niesu. M’aħniex perfetti, imma aħna determinati li nagħtu n-Nifs Ġdid li pajjiżna tant għandu bżonn. Dan hu l-mument tiegħek biex tagħti Nifs Ġdid lil Malta u Għawdex” temm il-messaġġ tiegħu Alex Borg waqt il-preżentazzjoni tal-kandidati tal-PN.
Għall-elezzjoni ġenerali tas-Sibt 30 ta’ Mejju, il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta b’kollox 65 kandidat, bi 42 minnhom se jikkontestaw fuq żewġ distretti.
12.05.2026