Buttigieg, Albert
Dwar l-MP
Albert Buttigieg għandu 61 sena. Ħadem f’diversi oqsma soċjali, reliġjuzi, edukattivi u maniġerjali. Għal 20 sena kien patri Kapuċċin, u minn dawn is-snin, għal 13-il sena kien saċerdot b’diversi responsabbiltajiet, fosthom ħidma maż-żgħażagħ, fil-parroċċi, missjunarju fil-Kenja, it-Tanżanija u b’ħidma ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Albert serva bħala direttur fl-Aġenzija Sedqa fit-taqsima tal-Prevenzjoni, kien Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, aministratur fil-Caritas u mal-Equal Partners Foundation (ħidma fost tfal b’diżabbiltà).
Jikteb regolarment fuq it-Times of Malta, il-mument u Newsbook. U jippreżenta programm soċjali fuq F living. Kien kunsillier tal-PN fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, fejn serva bħala Viċi Sindku u wara nħatar ukoll Sindku ta’ San Ġiljan. Preżentement, huwa deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament u Shadow Minister għall-Ħarsien tat-Tfal u n-Newrodiversità.
Huwa ggradwat fil-Filosofija, u fit-Teoloġija mill-Università ta’ Malta u ggradwat fl-Edukazzjoni u fix-Xjenzi Edukattivi/Soċjali mill-Università Sależjana ta’ Ruma. Miżżewweġ lil Benna Chase u għandhom tifel li jismu Adam. Għandu wkoll step daughter li jisimha Karen. Il-passatempi tiegħu jinkludu l-kura tal-ġnien, il-mużika klassika, is-safar u t-tisjir.