Elezzjoni Ġenerali 2026
Din il-kampanja elettorali hija mibnija fuq wegħda ċara: b’dak li qed nipproponu rridu li nagħtu nifs ġdid lil Malta u Għawdex. Nifs ġdid lilek.
Fix-xhur li għaddew iltqajt ma’ ħafna minnkom fid-djar, fil-pjazez u fuq il-postijiet tax-xogħol. Smajt it-tamiet, u l-aspirazzjonijiet tagħkom. Fuq kollox, fhimt kemm tħobbu lil pajjiżna. Bħalkom, jien kburi li jien Malti, u nemmen li flimkien nistgħu nibnu Malta u Għawdex li jistħoqqlok, li jistħoqqilhom uliedna.
Fil-programm elettorali qed nispjegaw kif nifs ġdid ifisser pajjiż li jerġa’ jaħdem għan-nies: fejn inti jkollok aktar serħan il-moħħ, politika li tagħti futur liż-żgħażagħ f’pajjiżna, l-anzjani jgħixu bid-dinjità, u l-ħaddiema jkollhom paga aħjar. Nifs ġdid ifisser ukoll ekonomija ġustafejn is-sidien tan-negozji jsibu gvern li jgħinhom u mhux li jfixkilhom, kura tas-saħħa fil-pront, edukazzjoni li tħejji għad-dinja ta’ għada, sistema tat-trasport effiċjenti biex int ma tinqabadx fit-traffiku, kontijiet orħos u ambjent nadif li jagħtik nifs tajjeb għal saħħtek. Nifs ġdid ifisser ukoll Għawdex bħala reġjun b’potenzjal enormi li joffri futur lill-Għawdxin u jibqa’ ġawhra għall-Maltin
Dan il-programm elettorali jippreżenta pjan ċar u realistiku biex inwettqu din il-viżjoni. Proposti konkreti biex intejbu l-ħajja tiegħek u nagħtu direzzjoni aġġornata lill-pajjiż.
Dan huwa l-impenn tagħna miegħek. Flimkien nistgħu nagħtu lil Malta nifs ġdid.
Lokalitajiet u poloz tal-vot għal kull distrett
Lokalitajiet fid-distrett
Valletta, Birkirkara (parti minn), Fleur-de-Lys (Birkirkara), Floriana, Ħamrun, Marsa, Gwardamanġa (Pietà), Santa Venera
Lokalitajiet fid-distrett
Birgu, Isla, Bormla, Żabbar, St Peter’s (Żabbar), Fgura (parti minn), Kalkara, Marsaskala (parti minn), Xgħajra
Lokalitajiet fid-distrett
Żejtun, Għaxaq, Marsaskala (parti minn), Marsaxlokk
Lokalitajiet fid-distrett
Fgura (parti minn), Gudja, Paola, Santa Luċija, Tarxien
Lokalitajiet fid-distrett
Birżebbuġa, Mqabba, Kirkop, Qrendi, Safi, Żurrieq, Bubaqra (Żurrieq)
Lokalitajiet fid-distrett
Qormi, Siġġiewi, Luqa, Ħal Farruġ (Luqa)
Lokalitajiet fid-distrett
Mdina, Żebbuġ, Dingli, Mtarfa, Rabat, Baħrija (Rabat), Tal-Virtù (Rabat)
Lokalitajiet fid-distrett
Balzan, Birkirkara (parti minn), Swatar (Birkirkara), Iklin, Lija, Naxxar (parti minn)
Lokalitajiet fid-distrett
Għargħur, Msida, Swatar (Msida), Pietà, San Ġwann, Kappara (San Ġwann), Swieqi, Madliena (Swieqi), Ta’ Xbiex
Lokalitajiet fid-distrett
Gżira, Naxxar (parti minn), Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Pembroke, San Ġiljan, Paceville (San Ġiljan), Sliema
Lokalitajiet fid-distrett
Attard, Mosta
Lokalitajiet fid-distrett
Mġarr, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Burmarrad (San Pawl il-Baħar)
Lokalitajiet fid-distrett
Għawdex u Kemmuna