Lura għall-kandidati

Cuschieri, Antonello

Dwar l-MP

Antonello Cuschieri huwa avukat b’esperjenza fis-setturi legali, regolatorji u tal-gaming. Huwa għandu wkoll Masters fl-IT, li tgħaqqad l-għarfien legali ma’ bażi b’saħħitha fit-teknoloġija u l-innovazzjoni.

Fil-karriera professjonali tiegħu, Antonello ħadem b’mod estensiv fis-settur tal-gaming f’Malta, partikolarment fl-oqsma tal-compliance, il-governanza u dak regolatorju, fejn kiseb esperjenza diretta tal-isfidi u l-opportunitajiet li jaffaċċjaw in-negozji u l-ħaddiema f’industrija li qed tevolvi b’ritmu mgħaġġel.

Barra mill-karriera professjonali tiegħu, Antonello ilu involut fil-ħajja pubblika u komunitarja għal diversi snin. Huwa serva bħala Minority Leader fi ħdan il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, fejn ħadem sabiex jirrappreżenta lir-residenti u jikkontribwixxi lejn inizjattivi mmirati biex itejbu l-lokalità u l-kwalità tal-ħajja tal-komunità. Huwa wkoll missier ta’ żewġt itfal.

Antonello jemmen li l-politika għandha tkun iffukata fuq in-nies, ir-responsabbiltà u soluzzjonijiet prattiċi li jtejbu l-ħajja ta’ kuljum, filwaqt li jiġi assigurat li l-ġenerazzjonijiet futuri jingħataw l-opportunitajiet li jistħoqqilhom.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.