Lura għall-kandidati
Borg Myatt, Duncan
Dwar l-MP
Imwieled fl-1 ta’ Jannar 1978 u jgħix f’Raħal Ġdid. Ilu 24 sena avukat u f’dawn l-aħħar 19-il sena ħadem f’żewġ kumpaniji kbar fl-industrija tat-trasbord u l-gaming fejn speċjalizza fuq is-settur tar-riżorsi umani. Fl-età ta’ 19-il sena kien ġie elett kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’Raħal Ġdid u baqa’ jservi għal 11-il sena. Sa minn età żgħira dejjem kien attiv f’diversi għaqdiet taż-żgħażagħ, fl-iscouts, u f’għaqdiet tal-festi u oħrajn volontarji. Għal sitt snin kien ukoll Viċi President ta’ Hibernians FC u issa tmien snin President ta’ Gudja FC. Fix-xogħol tiegħu, kif ukoll fl-involviment tiegħu f’diversi setturi tal-volontarjat dejjem kellu l-impenn li jkun ta’ għajnuna biex ħadd ma jibqa’ lura.