Borg Bonello, Eve
Dwar l-MP
Eve Borg Bonello bdiet l-ewwel tieħu sehem fil-ħajja pubblika bħala żagħżugħa ta’ 14-il sena. Fil-2022, b’baġit ta’ 500 ewro biss, ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-età ta’ 18-il sena, l-iżgħar membru parlamentari fl-istorja ta’ Malta. Bħala Kelliema tal-Oppożizzjoni għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika, hija mexxiet diversi inizjattivi f’din il-leġiżlatura, fosthom dwar kif it-tibdil fil-klima jaffettwa aspetti differenti tal-ħajja ta’ kuljum tagħna u t-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika u dokument ta’ proposti olistiċi fuq l-immaniġġjar aħjar tal-iskart. Minbarra l-ħidma parlamentari u politika, hi qed tkompli l-istudji tagħha fil-liġi fl-Università ta’ Malta fejn gradwat bil-Baċċellerat u issa qed tlesti l-Masters. Tixtieq tibqa’ tagħmel dak li temmen fih: li tibdel l-ideat f’azzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadin.