Zammit, George Vital
Dwar l-MP
George Vital Zammit huwa lettur fid-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza ġewwa l-Università ta’ Malta. Qabel l-akkademja, ħadem fil-qasam tar-riżorsi umani fl-intrapriża privata, imbagħad bħala uffiċjal fis-Servizz Pubbliku. Serva f’numru ta’ Ministeri u kien Assistant Direttur fl-Uffiċċju tal-Kabinett, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Dott Zammit iggradwa fil-Management, fl-iStudji Diplomatiċi, u kiseb Dottorat fl-Istudji Politiċi mill-Università ta’ Sheffield. Jgħallem suġġetti marbutin mal-governanza, l-amministrazzjoni, il-Parlament u l-qafas regolatorju. Kien Kap tad-Dipartiment u viċi-Dekan tal-Fakultà.
Isegwi mill-qrib il-Presidenza Amerikana u fl-2019 kien Fulbright Scholar ġewwa Rutgers University, New Jersey. Matul is-snin ġie mistieden fuq diversi mezzi tax-xandir bħala opinjonista dwar temi marbutin mal-politika Maltija u barranija.