Lura għall-kandidati

Ellul, James Aaron

Dwar l-MP

Eks ġurnalist tal-media tal-Partit Nazzjonalista li serva wkoll bħala Direttur Komunikazzjoni tal-PN bejn l-2023 u l-2024, James illum qed iservi fir-rwol ta' Direttur Informa fi ħdan Net Media u l-Partit Nazzjonalista. Huwa wkoll lettur tal-Malti fi ħdan l-MCAST. Matul l-aħħar 10 snin ipproduċa u ppreżenta għadd kbir ta' programmi ta' natura differenti, inkluż programmi politiċi, kif ukoll programmi ta' ġrajjiet kurrenti u diskussjoni kemm għat-TV u anke għar-radju. Għadu jipproduċi l-programmi anke llu, fosthom il-programm PROFILI li fl-2025 daħal fil-ħames staġun tiegħu. Fl-2025, rebaħ il-Premju mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) għall-aħjar użu tal-Malti mitkellem, filwaqt li kklassifika fit-tielet post f'żewġ kategoriji oħra.

James huwa mill-Floriana, u ta' 19-il sena kienet elett fl-ewwel elezzjoni tal-kunsill li kkontesta – illum iservi wkoll bħala Deputat Sindku tal-PN fl-istess lokalità. Fl-2020 ingħata unur nazzjonali tal-JCI b'rabta mal-ħidma tiegħu fil-politika lokali fil-Floriana.

Iggradwat fil-Malti, James ħadem fuq għadd ta' kotba għal djar tal-pubblikazzjonijiet differenti. Fl-2023 ippubblika il-ktieb Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami. Fis-sena 2022, studju tiegħu kien ġie ppubblikat fil-ktieb Pioneers of Democracy. Huwa wkoll finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tas-sena 2024. Fl-2025 ippubblika IL-KARIKATURA TAL-MUMENT, ktieb li jitratta s-satira ta' natura politika. Bħalissa qed jistudja għal Master fl-Arti fl-Interpretazzjoni tal-Letteratura Maltija fi ħdan l-Università ta' Malta.

Miżżewweġ lil Sarah Jane, u għandhom tifel, bl-isem ta' Pio Leone.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.