Lura għall-kandidati

Muscat, Jonathan

Dwar l-MP

Dr. Jonathan Muscat huwa avukat, miżżewweġ u għandu tifel. Twieled fl-Awstralja minn ġenituri Maltin, trabba Ħal Għargħur u llum joqgħod il-Kappara, San Ġwann. Huwa jipprattika fil-Qrati Ċivili u Kummerċjali ta’ Malta u għandu esperjenza f’diversi rwoli ta’ tmexxija fosthom fl-oqsma tal-igaming u l-atti kontra money laundering, il-qasam marittimu u fondi Ewropej, ġurnaliżmu u marketing, kif ukoll fil-kummerċ u t-turiżmu. Huwa studja l-Kulleġġ San Alwiġi u ggradwa fil-politika internazzjonali u fil-liġi mill-Università ta’ Malta.

Dr. Muscat jemmen li ċ-ċittadini Maltin jistħoqqilhom kwalità ta’ ħajja aħjar u sigurtà, kemm f’pajjiżhom kif ukoll fi djarhom. Huwa determinat li, permezz ta’ tmexxija għaqlija, jara lil Malta ssaħħaħ ekonomija sostenibbli li verament taħdem għan-nies, il-familji u n-negozji Maltin. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tmexxija serja u responsabbli li tindirizza b’mod konkret l-isfidi tal-lum, fosthom l-effetti taż-żieda fil-popolazzjoni, inkluż it-traffiku u l-iżvilupp eċċessiv u bla ppjanar adegwat. Jemmen ukoll li hemm bżonn ta’ azzjoni deċiżiva biex jitnaqqas l-għoli tal-ħajja u biex iż-żgħażagħ Maltin ikollhom aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u futur stabbli f’pajjiżhom.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.