Lura għall-kandidati

Grech, Joseph

Dwar l-MP

Joseph Grech ilu jipprattika bħala avukat għal dawn l-aħħar 10 snin, fejn kiseb esperjenza fil-litigazzjoni ċivili u kummerċjali. L-għeruq tiegħu jinsabu fil-politika studenteska, partikolarment fi ħdan l-għaqda studenteska SDM, fejn kien attiv ħafna u okkupa diversi karigi, fosthom dik ta’ President. Din l-esperjenza ffurmat l-imħabba tiegħu lejn il-politika u l-impenn li tpoġġi lilek innifsek għad-dispożizzjoni tan-nies.

Aktar tard, Joseph kompla jservi fil-politika nazzjonali bħala Segretarju Ġenerali u sussegwentement President tal-MŻPN. Fl-2021, huwa ġie elett bħala Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kariga li tirrifletti l-fiduċja li jgawdi fi ħdan il-partit.

Fil-ħajja personali tiegħu, Joseph huwa miżżewweġ u għandu tifel. Huwa jħobb l-isport u jinteressa ruħu f'suġġetti relatati mal-politika, l-istorja u l-aħbarijiet kurrenti, kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.