Lura għall-kandidati

Sciberras, Leone

Dwar l-MP

Leone Sciberras huwa politiku rispettat minn kulħadd u magħruf għall-impenn tiegħu lejn is-servizz pubbliku. Partikolarment fis-settur tal-qasam soċjali, persuni b'diżabilità, anzjani u persuni vulnerabbli, fejn huwa jitkellem u jiżgura li leħinhom jitwassal u li l-bżonnijiet tagħhom jiġu mismugħa.

B'impenn kostanti, Leone jaħdem biex jippromwovi inizjattivi li jpoġġu l-komunità fiċ-ċentru. Dawn l-aħħar snin qed iservi bħala kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar fejn b'dedikazzjoni u b’integrità jirrappreżenta lill-kostitwenti tiegħu; kif ukoll iservi fir-rwol ta' President tal-Forum Kunsilliera PN tat-tieni distrett. Huwa gradwat fl-Informatika u bħalissa qed isegwi l-aħħar sena fid-Degree fil-Management.

Leone jemmen bis-sħiħ li jekk xi ħaġa hija d-dritt tiegħek, għandek tirċeviha bla ma tittallab. L-impenn bla waqfien ta’ Leone jissarraf f'soċjetà aktar inklużiva li fiċ-ċentru tagħha hemm in-nies.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.