Lura għall-kandidati

Said, Luke

Dwar l-MP

Luke huwa żagħżugħ ta' 22 sena. Difensur ta' Għawdex b'ruħu u ġismu li qalbu tħabbat mar-ritmu tar-riħ u l-mewġ tal-gżira, u l-impenn tiegħu għall-protezzjoni ta' Għawdex qatt ma batta. Mit-toroq dojoq tan-Nadur sat-truf tal-ġżira, dejjem mexa, u ħadem bi skop. Huwa student tal-Ġeofiżika, imħarreġ biex jaqra l-istejjer moħbija tad-dinja. Tgħallem li l-bidla vera titlob il-paċenzja, u l-preċiżjoni. Din il-mentalità xjentifika sawret l-ħsieb tiegħu fl-isfidi li jiffaċċja – janalizza fil-fond, jaġixxi b'kawtela u jfittex il-verità lil hinn mill-istorbju.

F'dawn l-aħħar snin, bi ħġaru kien minn ta' quddiem biex jiddefendi l-ambjent tagħna, il-wirt tagħna, u niesna. Ħa pożizzjonijiet ċari kontra l-iżvilupp bla rażan f'Kemmuna, u l-qerda li daqt se ssofri Triq Marsalforn. Tkellem favur Pjazza San Ġorg, u kien il-moħħ wara wħud mill-ikbar kampanji ta' tindif li qatt saru f'Għawdex. Ħadem bla heda biex inħarsu u nirrestawraw il-Batterija tal-Qolla l-Bajda. B'kampanji sħaħ, qajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni ta' siti ODZ u UCA.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.