Camilleri, Norma
Dwar l-MP
Norma, mix-Xagħra, Għawdex, hija Speech-Language Pathologist. Dejjem uriet sens qawwi ta’ dmir u impenn lejn it-titjib tas-soċjetà permezz tar-rwoli differenti tagħha, kemm bħala professjonista kif ukoll permezz tal-involviment tagħha fis-settur volontarju minn età żgħira. Hija okkupat diversi karigi ta’ tmexxija fuq livell Ewropew bħala President tal-European Speech and Language Therapy Association, (ESLA), u wkoll tal-Association of Speech-Language Pathologists (ASLP) f'Malta. Hija ċ-Chairperson tas-Civil Society Committee (CSC) fi ħdan l-MCESD, u tirrappreżenta lis-Soċjetà Ċivili Maltija fil-European Economic and Social Committee tal-UE. Norma hija wkoll kantanta, pjanista u tħobb ħafna l-għawm. Hija miżżewġa u għandha tifla. Kienet kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2024.