Lura għall-kandidati
Borg, Rebekah
Dwar l-MP
Rebekah Borg hija Membru Parlamentari Nazzjonalista li tirrappreżenta s-7 u l-11-il Distrett, fejn serviet għal numru ta' snin bħala Shadow Minister għall-Ambjent. Omm ta' żewġt itfal, inġinier u avukat b'esperjenza fil-liġi tal-ippjanar u r-regolamentazzjoni ambjentali. Temmen li l-politika tibda u tispiċċa man-nies, u li d-deċiżjonijiet li jittieħdu llum għandhom jibnu futur aħjar għal kull familja Maltija.