Lura għall-kandidati

Caruana, Stefan

Dwar l-MP

Stefan twieled fit-8 ta' Diċembru 1975 u huwa miżżewweġ lil Rachelle neè Aquilina. Ta’ 13-il sena beda jistudja l-vjolin. Studja ukoll il-vjola, l-orgni, il-vuċi lirika u d-direzzjoni. Barra minn hekk, studja wkoll it-teatru.

Stefan beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Gudja. Kompla fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq u fil-Liceo Vassalli tal-Ħandaq. Wara, kompla fuq il-passi ta’ missieru fl-Istitut Tekniku. Sussegwentement kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta. Stefan hu għalliem u lettur tal-Mużika u l-Istudji Teatrali fl-iskola Post-Sekondarja Giovanni Curmi tan-Naxxar.

Bejn l-1991 u l-2009 kien jaħdem bħala Electrical Engineering Technician mal-Kumpanija Maltacom/GO plc. Bejn l-1999 u l-2021 Stefan kien l-koordinatur tal-Grupp Żgħażagħ Gudja, grupp rinomat għall-ħidma volontarja kemm fil-lokalità tal-Gudja kif ukoll madwar Malta, għar-rappreżentazzjonijiet teatrali.

Fl-2003, Stefan ġie maħtur Surmast Direttur tal-Kor u Orkestra Assumpta Est tal-Gudja. Kien Maestro di Cappella Santa Maria u tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja u għal ħames snin, tal-Madonna tal-Lourdes f’Raħal Ġdid. Stefan ħa sehem b’dan il-kor f’diversi fetivals mużikali kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Barra minn hekk huwa membru ta’ diversi korijiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex u membru ukoll fil-Grupp Armar Festa Santa Marija. Fl-2012 kien finalist għall-Premju tal-President għall-Volontarjat.

Bejn l-1996 u l-1998 kien jifforma parti mill-MŻPN. Fl-2013 Stefan ġie elett għall-ewwel darba bħala kunsillier lokali fil-Kunsill Lokali tal-Gudja, reġa’ ġie elett mill-ġdid fl-2019 u fl-2022 inħatar Minority Leader f'isem il-PN. Huwa reġa' ġie elett fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2024 bl-akbar ammont ta’ voti li qatt ġab kunsillier ta’ kull partit fl-istess lokalità.

Fl-2022 ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq ir-Raba’ u l-Ħames Distretti Elettorali.

F’Marzu tal-2023, huwa nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-PN – kariga importanti fl-amministrazzjoni tal-partit, fejn huwa responsabbli mill-aspett loġistiku u organizzattiv tal-PN.

Stefan hu dilettant tal-isport u għal xi żmien kien jilgħab il-volleyball u t-table tennis. Fil-futbol isegwi lit-tim Taljan tal-Juventus.

Kandidati oħra

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.