Budget ieħor ta’ gvern li ma jippjanax

Budget ieħor ta’ gvern li ma jippjanax

Iż-żidiet imħabbra fuq is-settur tat-turiżmu u fuq il-ħaddiema barranin għadna ma nafux abbażi ta’ liema studji kkalkulahom il-Gvern, wieħed jistenna li fil-jiem li ġejjin il-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ xi studji saru dwar l-impatt ta’ dawn il-miżuri u fhiex, kif u meta beħsiebu jinvesti d-dħul żejjed li se jkollu minnhom.

Il-PN jgħid li l-Gvern irid jispjega xi studji għamel biex wasal għall-miżuri li ħabbar nhar it-Tnejn u fejn se jinvesti d-dħul mit-taxxi ġoddaIl-Budget li ppreżenta l-Gvern jumejn ilu hu riżultat tan-nuqqas ta’ ppjanar tiegħu stess.

Il-Budget li ppreżenta l-Gvern jumejn ilu hu riżultat tan-nuqqas ta’ ppjanar tiegħu stess.

Dan qaluh il-Viċi Kap tal-PN u Shadow Minister għat-Turiżmu Alex Perici Calascione u x-Shadow Minister għall-Ippjanar Rebekah Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Il-kelliema qalu li kemm iż-żidiet fl-eko-kontribuzzjoni għal turisti li jżuruna, kif ukoll iż-żidiet fl-ispejjeż tal-ħaddiema barranin, huma reazzjoni għall-problemi li ħoloq il-Gvern stess għax falla li jippjana u jħares fit-tul.

Iż-żidiet imħabbra fuq is-settur tat-turiżmu u fuq il-ħaddiema barranin għadna ma nafux abbażi ta’ liema studji kkalkulahom il-Gvern, wieħed jistenna li fil-jiem li ġejjin il-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ xi studji saru dwar l-impatt ta’ dawn il-miżuri u fhiex, kif u meta beħsiebu jinvesti d-dħul żejjed li se jkollu minnhom.

Iż-żieda fl-eko-kontribuzzjoni li ħabbar il-Ministru tal-Finanzi waħedha ma tistax tiggarantixxi turist ta’ kwalità. Il-kelliema tal-PN għamlu sejħa ċara dwar kif il-Gvern se jsarraf dawn iż-żidiet fi prodott turisiku ta’ kwalità, li eventwalment jattira turist ta’ kwalità.

Huma qalu li numru ta’ negozji li jħaddmu ħaddiema barranin diġà qalu li se jkollhom jassorbu huma l-ispejjeż ġodda li l-Gvern tefa’ fuq dawn il-ħaddiema. Dan se jfisser li eventwalment se jkun il-konsumatur li se jġorr il-piż ġdid u se jkollu jħallas aktar għas-servizz jew il-prodott biex jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż.

Bl-istess mod, iż-żieda fil-miżati tal-ħaddiema barranin waħedha mhijiex soluzzjoni u l-Gvern għad irid jindika kif, kemm u meta se jinvesti fl-infrastruttura, it-trasport, l-isptarijiet, is-servizzi soċjali u l-integrazzjoni reali tal-ħaddiema.

Il-problemi nafu x’inhuma. Is-soluzzjoni hija l-ippjanar. Imma dan il-Gvern, fl-ippjanar, falla.

28.10.2026