Politika Soċjali
Soċjetà fejn tgħix sew, gvern li jagħti kasek
Dan il‐pajjiż għandu jkun kburi bil‐ħila ta’ niesu. Poplu bil‐għaqal, ħawtiel u ambizzjuż. Int jixraqlek tgħix sew, bl‐aħjar mod, u għalhekk nemmnu li kulħadd għandu javvanza. Min għandu bżonn sostenn għandu jsibu b’pajjiż li jkabbar l‐attività ekonomika biex il‐ġid jitqassam b’ġustizzja soċjali. Għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg irid Malta fejn il‐progress jitkejjel bil‐kwalità tal‐ħajja tan‐nies, mhux bit‐tkabbir ekonomiku waħdu. U jinteressah kull persuna, skont il‐bżonnijiet u ċ‐ċirkostanzi tagħha u mhux l‐istatistika.
Fil‐qasam soċjali irridu pajjiż fejn d‐djar ikunu affordabbli, jissaħħu l‐familji, tingħata protezzjoni lit‐tfal, lill‐anzjani u lill‐persuni b’diżabilità, u sostenn fil‐ħin lil min ikun vulnerabbli. Din hi l‐qalb soċjali tal‐Partit Nazzjonalista.
Il‐politika soċjali tagħna tpoġġi d‐dinjità, il‐ħin, is‐sigurtà u l‐komunità fiċ‐ċentru: b’servizzi aktar qrib in‐nies, xogħol aktar flessibbli, pensjonijiet aħjar, aktar appoġġ lill‐volontarjat u ekonomija soċjali aktar b’saħħitha.
Malta għandha tkun pajjiż fejn kull persuna, f’kull fażi tal‐ħajja, ikollha l‐opportunità u s‐serħan il‐moħħ biex tassew tgħix sew. Dan hu n‐nifs ġdid li għandu bżonn il‐poplu u pajjiżna. Dan hu n‐nifs li jagħti l‐Partit Nazzjonalista fil‐Gvern.
Pjan ta' Azzjoni
Malta aktar sensittiva u ġusta
Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg jagħti nifs ġdid lill‐mudell soċjali ta’ pajjiżna billi nqiegħdu lill‐persuna, lill‐familja, lill‐komunità u l‐kwalità tal‐ħajja tan‐nies fil‐qalba tad‐deċiżjonijiet. Malta għandha titmexxa bi programmi fit‐tul, mhux b’politika li tirraġuna għada min rah waqt li tikber il‐pressjoni fuq id‐djar, is‐servizzi, il‐komunitajiet u l‐ħajja ta’ kuljum.
Il‐proposta ewlenija f’dan il‐pjan hi xogħol flessibbli għall‐ġenituri. Irridu mudell ta’ xogħol li jirrispetta l‐ħajja tal‐familji, jagħti aktar kontroll fuq il‐ħin, u jnaqqas il‐pressjoni ta’ kuljum.
Irridu inwettqu politika soċjali aktar qrib in‐nies: politika li tipprevjeni l‐problemi qabel ma jiggravaw, issaħħaħ lill‐familji, tagħti aktar ħin lill‐ġenituri, toffri aktar sigurtà ekonomika, u tassigura li t‐tfal, l‐anzjani, il‐persuni b’diżabilità u dawk vulnerabbli jsibu sostenn fil‐ħin u b’dinjità.
Nagħmlu d‐djar affordabbli prijorità nazzjonali, b’mudelli ġodda ta’ housing soċjali u affordabbli, kiri aktar stabbli, użu aħjar ta’ propjetà vojta u appoġġ konkret lil min għandu bzonn. Il‐pajjiż mhuwiex biss l‐Istat; huwa n‐nies li jgħixu fih, li jgħinu lil xulxin u jaħdmu flimkien.
Dan hu l‐pjan tagħna: Malta aktar sostenibbli, aktar sensittiva u ġusta. Malta li tagħti d‐dinjità, is‐sostenn u opportunità lil kulħadd, u fejn kull persuna jkollha l‐ħin, is‐sigurtà u l‐fiduċja biex tassew tgħix sew. Dan jagħtik nifs ġdid.
01. Maternity leave għal sitt xhur
Nestendu l‐maternity leave għal 26 ġimgħa (6 xhur) b’paga sħiħa mħallsa mill‐Gvern, bl‐aħħar sitt ġimgħat jistgħu jittieħdu mill‐ġenitur l‐ieħor, biex insaħħu l‐għażla bejn il‐ġenituri.
02. Estensjoni tal‐paternity leave għal sitt ġimgħat bi ħlas sħiħ
Nestendu l‐paternity leave minn ġimagħtejn għal sitt ġimgħat bi ħlas sħiħ imħallas mill‐Gvern u b’aktar flessibbiltà, biex l‐involviment tal‐missier fil‐bidu tal‐ħajja tat‐tarbija jkun reali. Dan il‐leave jista’ jittieħed fl‐ewwel sena.
03. Parental leave: sena leave mħallsa għall‐ġenituri
Nintroduċu sena leave għal kull wild għall‐ġenituri, iffinanzjata mill‐Istat, biex it‐tfal jingħataw l‐aqwa bidu fil‐ħajja u l‐ġenituri ma jkollhomx jagħżlu bejn il‐familja u l‐karriera. Il‐leave jinqasam f’sitt xhur għall‐omm u sitt xhur għall‐missier biex ir‐responsabbiltà tat‐trobbija tinqasam b’mod aktar ekwu. Dan id‐dritt jibda wara l‐maternity leave u, bi ftehim ma’ min iħaddem, jista’ jittieħed ukoll fuq perjodu ta’ tliet snin permezz ta’ sigħat imnaqqsa. Ġenitur waħdu jkollu d‐dritt għal sena sħiħa. F’każ ta’ multiple births, jiżdiedu 12‐il ġimgħa oħra għal kull tarbija addizzjonali. Dawn id‐drittijiet ġodda jgħoddu wkoll għall‐adozzjoni u l‐fostering.
04. Appoġġ għal ritorn għax‐xogħol b’mod gradwali għall‐ġenituri l‐ġodda
Noħolqu arranġament biex il‐ġenituri li jkunu qed jerġgħu lura għax‐xogħol wara twelid, fostering jew adozzjoni jkunu jistgħu jagħmlu dan b’mod gradwali. Il‐parental leave ikun jista’ jintuża b’mod flessibbli fuq perjodu itwal, biex il‐ġenitur ikollu l‐għażla li jerġa’ lura għax‐xogħol parzjalment filwaqt li jibqa’ jibbenefika minn appoġġ ekonomiku, b’inqas xokk fuq il‐familja u fuq l‐ulied.
05. Leave speċifiku meta t‐tfal jimirdu
Nintroduċu 15‐il ġurnata leave imħallas mill‐Gvern meta t‐tfal jimirdu, biex il‐ġenituri ma jibqgħux jużaw il‐leave annwali jew jiddependu fuq arranġamenti improvizzati kull darba li jkun hemm mard fid‐dar. Dan il‐leave jkun flessibbli u jista’ jittieħed f’nofs ġurnata, ġurnata sħiħa jew f’perjodi konsekuttivi, mingħajr burokrazija. Min ikollu r‐responsabbiltà waħdu ta’ dipendenti jkun intitolat għal ammont ogħla.
06. Leave speċifiku għall‐kura ta’ membri dipendenti tal‐familja
Nintroduċu 15‐il ġurnata leave imħallas mill‐Gvern, separat mil‐leave annwali, għal min jieħu ħsieb membru dipendenti tal‐familja. Dan jinkludi l‐anzjani jew persuni b’diżabbiltà, persuni li jkunu ħarġu mill‐isptar, jew sitwazzjonijiet mediċi jew mentali akuti. Il‐leave jkun flessibbli u jista’ jittieħed f’nofs ġurnata, ġurnata sħiħa jew f’perjodi konsekuttivi, mingħajr burokrazija. Min jerfa’ r‐responsabbiltà waħdu jkun intitolat għal ammont ogħla.
07. L‐istess drittijiet għas‐self‐employed
Niżguraw li ġenituri self‐employed igawdu l‐istess drittijiet ta’ leave relatat mal‐familja bħall‐ħaddiema impjegati, bi ħlas adegwat, biex il‐ħin mal‐ulied isir dritt ta’ kulħadd.
08. Core Hours – ħinijiet tax‐xogħol li jirrispettaw lill‐familja
Nintroduċu kodiċi ta’ core hours: perjodu maqbul tul il‐jum tax‐xogħol biex il‐laqgħat, it‐taħriġ u obbligi interni jiġu skedati b’mod li jagħmel sens għal min qed irabbi u għall‐ħtiġijiet tal‐familja. Barra dawn il‐ħinijiet, il‐ħaddiema jkollhom aktar flessibbiltà biex jorganizzaw il‐ħajjithom. Dan il‐mudell jiġi stabbilit bi ftehim bejn min iħaddem u l‐ħaddiema, standardizzat fis‐settur pubbliku u inkoraġġit fis‐settur privat. Fl‐istess ħin, tonqos il‐mentalità ta’ preżenteiżmu u l‐produttività titkejjel fuq ir‐riżultati u l‐kisbiet, mhux fuq il‐ħin fl‐uffiċċju.
09. Xogħol flessibbli bħala dritt legali għall‐ġenituri u għal kulħadd
Insaħħu d‐dritt legali għal xogħol flessibbli, inkluż xogħol mid‐dar (remote working), sigħat imnaqqsa jew kompatti, u li l‐ħinijiet tal‐bidu u t‐tmiem li jistgħu jiġu aġġustati skont il‐ħtiġijiet tal‐impjegati. Dan id‐dritt, li bħalissa japplika għall‐ġenituri tat‐tfal taħt it‐8 snin, jiġi estiż għall‐ħaddiema kollha. Min iħaddem ikun obbligat jaċċetta t‐talba jew jiġġustifika r‐rifjut b’raġuni ċara u leġittima. Il‐qafas legali jkun jinkludi:
- ħinijiet tal‐bidu u t‐tmiem flessibbli;
- xogħol hybrid jew mid‐dar meta n‐natura tax‐xogħol tkun tippermetti;
- tnaqqis fil‐ħinijiet tax‐xogħol mingħajr impatt negattiv fuq il‐karriera;
- flessibbiltà temporanja waqt vaganzi tal‐iskola, perjodi ta’ mard, jew ir‐ritorn mix‐xogħol wara leave.
Aktar flessibbiltà u drittijiet għall‐ħaddiema
10. Inniedu l‐4 Day Week
Inniedu proġett pilota f’oqsma magħżula tas‐Settur Pubbliku, b’konsultazzjoni mal‐imsieħba soċjali u l‐MCESD. Il‐proġett ikejjel il‐produttività, il‐kwalità tas‐servizz, il‐benesseri tal‐ħaddiema u l‐impatt fuq il‐familji, biex jiġu esplorati mudelli differenti ta’ ġimgħa ta’ erbat ijiem.
11. Gvern li jmexxi bl‐eżempju fil‐hybrid working
Insaħħu u nħaddmu qafas modern u trasparenti fis‐Settur Pubbliku kollu biex, meta possibbli, il‐ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu permezz ta’ mudell hybrid b’mod regolari u mingħajr tnaqqis fil‐produttività, biex il‐Gvern ikun l‐ewwel wieħed li jixpruna kultura ġdida favur il‐familja.
12. Ammont minimu ta’ sigħat ta’ remote working għall‐ġenituri u l‐persuni b’responsabbiltajiet ta’ kura
Meta x‐xogħol ikun jippermetti, nistabbilixxu dritt għal ammont minimu ta’ sigħat ta’ remote jew hybrid working fix‐xahar għall‐ġenituri ta’ tfal sa 12‐il sena u għall‐ħaddiema b’responsabbiltajiet ta’ kura lejn qraba anzjani, persuni b’diżabbiltà jew dipendenti oħra, biex il‐familji jkollhom aktar kontroll fuq ħinhom. Dak li diġà jeżisti jiġi standardizzat fl‐entitajiet pubbliċi kollha.
13. Dritt għal flexitime reali għall‐ġenituri
Insaħħu l‐użu tal‐flexitime u l‐kunċett ta’ core hours fis‐Settur Pubbliku biex il‐ġenituri u l‐guardians ikollhom aktar kontroll fuq il‐ħinijiet tad‐dħul u l‐ħruġ mix‐xogħol, bi kriterji ċari u konsistenti bejn id‐dipartimenti. Il‐Gvern u s‐Settur Pubbliku jkunu l‐ewwel li jmexxu bl‐eżempju favur il‐familja.
14. Estensjoni gradwali ta’ proġetti pilota fis‐setturi li jistgħu jwettquhom
Bl‐involviment attiv tal‐MCESD, jekk il‐proġetti pilota jagħtu riżultati pożittivi, inwessgħu dawn l‐esperjenzi ta’ family friendly measures gradwalment f’setturi oħra li jippermettu dan, bi djalogu mal‐imsieħba soċjali u mingħajr ma nipperikolaw is‐servizzi essenzjali jew il‐kompetittività.
15. Trasparenza fil‐pagi u infurzar sħiħ tar‐regoli Ewropej
Nimplimentaw b’mod sħiħ u b’ambizzjoni r‐regoli Ewropej tat‐trasparenza tal‐pagi, biex aktar ħaddiema jkollhom dritt għal informazzjoni ċara dwar il‐pagi, ikun hemm aktar trasparenza fir‐reklamar tal‐postijiet tax‐xogħol, u jsir infurzar serju meta jinstabu diskrepanzi mhux ġustifikati fil‐pagi bejn l‐irġiel u n‐nisa. Niżguraw li l‐prinċipju tal‐equal pay for equal work jitwettaq fil‐prattika.
16. Bilanċ minimu ta’ 40% fil‐ħatriet pubbliċi fl‐ogħla livell
Pajjiżna ma jistax jibqa’ jitlef il‐kontribut ta’ nofs il‐popolazzjoni. Nintroduċu regola effettiva li teżiġi mqar 40% tal‐ġeneru sottorappreżentat fil‐ħatriet ta’ chairpersons, bordijiet, awtoritajiet, kummissjonijiet, kumitati pubbliċi, u kull fejn il‐ħatriet ma jsirux b’kompetizzjoni. Gvern ġdid Nazzjonalista jmexxi bl‐eżempju fejn tidħol l‐ugwaljanza. L‐iskop mhux li nżidu n‐numri, iżda li l‐abbiltajiet u l‐ħiliet jissarfu f’kontribut validu għal pajjiżna.
Aktar flessibbiltà u drittijiet għall‐ħaddiema
Aktar flessibbiltà u drittijiet għall‐ħaddiema
10. Inniedu l‐4 Day Week
Inniedu proġett pilota f’oqsma magħżula tas‐Settur Pubbliku, b’konsultazzjoni mal‐imsieħba soċjali u l‐MCESD. Il‐proġett ikejjel il‐produttività, il‐kwalità tas‐servizz, il‐benesseri tal‐ħaddiema u l‐impatt fuq il‐familji, biex jiġu esplorati mudelli differenti ta’ ġimgħa ta’ erbat ijiem.
11. Gvern li jmexxi bl‐eżempju fil‐hybrid working
Insaħħu u nħaddmu qafas modern u trasparenti fis‐Settur Pubbliku kollu biex, meta possibbli, il‐ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu permezz ta’ mudell hybrid b’mod regolari u mingħajr tnaqqis fil‐produttività, biex il‐Gvern ikun l‐ewwel wieħed li jixpruna kultura ġdida favur il‐familja.
12. Ammont minimu ta’ sigħat ta’ remote working għall‐ġenituri u l‐persuni b’responsabbiltajiet ta’ kura
Meta x‐xogħol ikun jippermetti, nistabbilixxu dritt għal ammont minimu ta’ sigħat ta’ remote jew hybrid working fix‐xahar għall‐ġenituri ta’ tfal sa 12‐il sena u għall‐ħaddiema b’responsabbiltajiet ta’ kura lejn qraba anzjani, persuni b’diżabbiltà jew dipendenti oħra, biex il‐familji jkollhom aktar kontroll fuq ħinhom. Dak li diġà jeżisti jiġi standardizzat fl‐entitajiet pubbliċi kollha.
13. Dritt għal flexitime reali għall‐ġenituri
Insaħħu l‐użu tal‐flexitime u l‐kunċett ta’ core hours fis‐Settur Pubbliku biex il‐ġenituri u l‐guardians ikollhom aktar kontroll fuq il‐ħinijiet tad‐dħul u l‐ħruġ mix‐xogħol, bi kriterji ċari u konsistenti bejn id‐dipartimenti. Il‐Gvern u s‐Settur Pubbliku jkunu l‐ewwel li jmexxu bl‐eżempju favur il‐familja.
14. Estensjoni gradwali ta’ proġetti pilota fis‐setturi li jistgħu jwettquhom
Bl‐involviment attiv tal‐MCESD, jekk il‐proġetti pilota jagħtu riżultati pożittivi, inwessgħu dawn l‐esperjenzi ta’ family friendly measures gradwalment f’setturi oħra li jippermettu dan, bi djalogu mal‐imsieħba soċjali u mingħajr ma nipperikolaw is‐servizzi essenzjali jew il‐kompetittività.
15. Trasparenza fil‐pagi u infurzar sħiħ tar‐regoli Ewropej
Nimplimentaw b’mod sħiħ u b’ambizzjoni r‐regoli Ewropej tat‐trasparenza tal‐pagi, biex aktar ħaddiema jkollhom dritt għal informazzjoni ċara dwar il‐pagi, ikun hemm aktar trasparenza fir‐reklamar tal‐postijiet tax‐xogħol, u jsir infurzar serju meta jinstabu diskrepanzi mhux ġustifikati fil‐pagi bejn l‐irġiel u n‐nisa. Niżguraw li l‐prinċipju tal‐equal pay for equal work jitwettaq fil‐prattika.
16. Bilanċ minimu ta’ 40% fil‐ħatriet pubbliċi fl‐ogħla livell
Pajjiżna ma jistax jibqa’ jitlef il‐kontribut ta’ nofs il‐popolazzjoni. Nintroduċu regola effettiva li teżiġi mqar 40% tal‐ġeneru sottorappreżentat fil‐ħatriet ta’ chairpersons, bordijiet, awtoritajiet, kummissjonijiet, kumitati pubbliċi, u kull fejn il‐ħatriet ma jsirux b’kompetizzjoni. Gvern ġdid Nazzjonalista jmexxi bl‐eżempju fejn tidħol l‐ugwaljanza. L‐iskop mhux li nżidu n‐numri, iżda li l‐abbiltajiet u l‐ħiliet jissarfu f’kontribut validu għal pajjiżna.
Iktar sigurtà ekonomika
Iktar sigurtà ekonomika
17. Child Trust Fund għal kull tarbija ġdida – €5,000 għal kull wild
Noħolqu Child Trust Fund b’investiment inizjali ta’ €5,000 mill‐Gvern għal kull tarbija mwielda jew adottata f’Malta. Dan il‐fond jibqa’ jiġi amministrat u investit fit‐tul u jkun jista’ jitgawda meta mbagħad l‐ulied jilħqu l‐età adulta.
18. Youth Pension Kick Start – €1,000 fis‐sena għal ħames snin
Gvern ġdid Nazzjonalista jiddepożita €1,000 fis‐sena, fuq perjodu ta’ ħames snin, direttament fil‐kont ta’ pensjoni privata għal kull persuna taħt il‐35 sena li tagħżel li tibda skema personali tal‐pensjoni privata, biex meta tirtira jkollha pensjoni addizzjonali ma’ dik tal‐Istat.
19. Żieda fil‐limitu tal‐iskema Privata tal‐irtirar
Ngħollu l‐limitu annwali tal‐kontribuzzjonijiet eliġibbli għall‐iskemi personali tal‐irtirar u l‐pensjonijiet okkupazzjonali minn €3,000 għal €4,000 fis‐sena. Il‐kreditu tat‐taxxa ta’ 25% japplika għal dan it‐tibdil, u b’hekk il‐kreditu annwali massimu jiżdied minn €750 għal €1,000 fis‐sena.
20. Għotja lin‐nanniet
Rikonoxximent għas‐sinsla tal‐familja Maltija. Fil‐preżent eluf ta’ nanniet Maltin jiddedikaw sa 40 siegħa fil‐ġimgħa biex jieħdu ħsieb in‐neputijiet tagħhom. Biex nibqgħu nsaħħu l‐familji l‐viżjoni tagħna hija li din il‐kontribuzzjoni tiġi rikonoxxuta uffiċjalment. Jekk in‐nannu jew in‐nanna jieħdu ħsieb tarbija taħt it‐tliet snin filwaqt li l‐ġenituri jaħdmu, jirċievi suppliment dirett tal‐pensjoni sa €2,000 fis‐sena għal kull tarbija li jieħdu ħsieb. L‐iskema topera b’mod parallel mal‐iskema tal‐Childcare b’xejn — il‐ġenituri jagħżlu liberament.
21. Kont tat‐tfaddil għall‐familj bi dħul baxx
Nintroduċu Family Savings Match Scheme biex il‐Gvern iżid ewro ma’ ewro, sa limitu annwali, fuq it‐tfaddil regolari tal‐familji bi dħul baxx u medju. Il‐politika soċjali trid tgħin lill‐familji jkollhom bażi ta’ sigurtà finanzjarja. Din l‐iskema titħaddem ma’ miżuri oħra favur il‐litteriżmu finanzjarju u drawwiet finanzjarji sostenibbli.
22. Kreditu tat‐taxxa fuq l‐ispejjeż tat‐tfal – aktar sempliċi u aktar ġusti
Inwessgħu u nsaħħu s‐sistema eżistenti tat‐tax credits fuq l‐ispejjeż edukattivi u tal‐iżvilupp tat‐tfal, inkluż sports, arti, terapiji u tagħlim diġitali, billi nżidu l‐limiti massimi u nestendu l‐benefiċċju għall‐familji bi dħul medju li spiss jaqgħu barra mill‐iskemi attwali. Fl‐istess ħin, inbiddlu l‐proċess burokratiku tal‐preżentazzjoni tal‐irċevuti b’sistema ġdida moderna ħalli l‐fornituri rreġistrati, il‐clubs sportivi, l‐iskejjel tal‐mużika, it‐terapisti u l‐bqija jkunu approvati bil‐quddiem u l‐kreditu jiġi applikat awtomatikament b’dikjarazzjoni tat‐taxxa annwali.
23. Kreditu annwali fuq kontijiet essenzjali għal familji bit‐tfal
Intejbu l‐Family Essentials Credit fuq l‐ilma, id‐dawl u l‐internet tad‐djar għall‐familji bi tfal dipendenti, skont id‐dħul. Fid‐dinja ta’ żmienna, dawn mhumiex lussu iżda elementi bażiċi essenzjali għall‐ħajja, għall‐iskola u għax‐xogħol.
24. Bond tal‐familja b’ritorn garantit għal tfaddil fit‐tul
Noħolqu Family Bond b’investiment sigur u aċċessibbli għall‐familji li jixtiequ jfaddlu għal uliedhom: għall‐istudji jew għal‐ewwel dar tagħhom, b’ritorn garantit u sempliċi. Gvern ġdid Nazzjonalista jrawwem kultura ta’ tfaddil fit‐tul, u mhux biss ta’ konsum immedjat.
25. Allowance annwali fil‐bidu tas‐sena skolastika għal kull wild fl‐iskola
Nintroduċu Back‐to‐School Allowance li jingħata kull sena, matul il‐perjodu tal‐edukazzjoni obbligatorja, għal kull wild li jattendi l‐iskola, biex ngħinu fil‐piż finanzjarju li jġib miegħu l‐bidu tas‐sena skolastika: uniformijiet, kotba, stationery, u apparat bażiku. Il‐bidu ta’ sena skolastika ma jistax jibqa’ xokk finanzjarju għall‐familji.
26. Family Stability Credit għall‐ewwel snin tat‐twelid
Noħolqu kreditu annwali għall‐ewwel tliet snin ta’ kull wild, immirat għall‐familji bi dħul baxx u medju, biex jgħin fil‐fażi meta l‐ispejjeż jiżdiedu l‐aktar u l‐flessibbiltà finanzjarja tal‐familja tkun l‐aktar taħt pressjoni.
27. Skema ta’ micro‐grants għall‐bżonnijiet tat‐tfal
Nagħtu aċċess dirett lis‐social workers u l‐frontliners professjonisti għal fond ta’ micro‐grants biex ikunu jistgħu jinxtraw oġġetti essenzjali għat‐tfal, li jinkludu saqqiet, cots, carseats, tagħmir mediku jew għodod edukattivi, mingħajr mal‐familja jkollha tgħaddi minn proċess twil tal‐applikazzjoni. L‐għajnuna tasal fil‐ħin, meta l‐bżonn ikun verifikat u immedjat.
Tnaqqis fit‐taxxi u skemi biex int jkollok id‐dar li tixraqlek
Tnaqqis fit‐taxxi u skemi biex int jkollok id‐dar li tixraqlek
28. Għajnuna lil min irid isir sid ta’ daru
Inwessgħu l‐iskemi tal‐Awtorità tad‐Djar biex jiżdiedu d‐djar affordabbli, inkluż bl‐Equity Sharing Scheme, sħubijiet pubbliċi privati, u skemi Buy‐to‐Rent.
29. Eżenzjoni fuq il‐bolla lill‐first‐time buyers sa €350,000
Inwessgħu l‐eżenzjoni fuq il‐bolla lill‐first‐time buyers sa €350,000 biex aktar koppji żgħażagħ ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom u jibdew ħajja b’aktar stabbiltà u b’inqas piż fiskali. Fuq l‐ewwel €350,000 tal‐prezz tal‐propjetà ma titħallas ebda taxxa.
30. Persuni separati, divorzjati jew b’ annullament igawdu l‐istess eżenzjoni – ebda taxxa fuq l‐ewwel €350,000
Il‐prezzijiet tal‐proprjetà qed jagħmluha diffiċli għall‐persuni li għaddew minn separazzjoni, divorzju jew annullament jibdew ħajja ġdida bħala sidien ta’ darhom. Għalhekk, f’dawn il‐każijiet nestendu l‐eżenzjoni fuq il‐bolla fuq l‐ewwel €350,000 tal‐proprjetà mixtrija minn kull parti, biex ikunu jistgħu jibdew mill‐ġdid b’aktar sigurtà u stabbiltà. Fuq l‐ewwel €350,000 ma jħalsu l‐ebda bolla.
31. Għajnuna biex jitħallas id‐depożitu tal‐ewwel dar
Gvern ġdid Nazzjonalista jgħin lil min qed jixtri l‐ewwel dar billi l‐Gvern joħroġ id‐depożitu li normalment ikun ta’ 10% u dan jitħallas lura bla imgħax fuq medda ta’ 40 sena. Permezz ta’ din l‐iskema id‐depożitu ta’ 10% li joħroġ il‐Gvern se jiżdied minn €225,000 għal €450,000, biex jirrifletti aħjar il‐prezzijiet tal‐lum. Din il‐miżura tneħħi wieħed mill‐akbar xkiel li qed iżomm lil ħafna żgħażagħ milli jixtru darhom.
32. Ħlas lura ta’ nofs l‐imgħax tas‐self fuq id‐dar għall‐ewwel 10 snin
Il‐Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li min jixtri l‐ewwel dar jingħata ħlas lura ta’ 50% tal‐imgħax li jkun qed iħallas fuq is‐self fuq id‐dar. Din l‐għajnuna tingħata kull xahar, direttament fil‐kont bankarju tax‐xerrej, għall‐ewwel 10 snin tas‐self fuq id‐dar.
L‐għajnuna tkun limitata għal massimu ta’ 1.25% fis‐sena tas‐self oriġinali. Fuq self għal dar ta’ €405,000, persuna jew koppja tkun tista’ tirċievi madwar €390 fix‐xahar għal 10 snin. Dan ifisser total ta’ madwar €46,800 f’għajnuna diretta.
33. Il‐pensjonanti li jibdlu d‐dar ma jħallsux taxxa tal‐boll fuq l‐ewwel €350,000
Il‐pensjonanti li jbigħu d‐dar residenzjali tagħhom biex jixtru post iżgħar jew aktar aċċessibbli jgawdu minn eżenzjoni tal‐boll fuq l‐ewwel €350,000 meta jixtru d‐dar il‐ġdida tagħhom.
34. Suq Soċjali tad‐Djar
Fl‐ewwel sena tal‐leġiżlatura, inwaqqfu Suq Soċjali tad‐Djar: suq paralleli u permanenti biex id‐dar tkun dritt soċjali. Id‐djar jinbiegħu bi prezz affordabbli u, meta jerġgħu jinbiegħu, jibqgħu marbuta mal‐prezz oriġinali, aġġustat biss għall‐inflazzjoni u t‐titjib approvat. Dan is‐suq jitħaddem b’pakkett fiskali u regolatorju speċjali, inkluż b’eżenzjonijiet minn taxxi u spejjeż relatati, u self soċjali b’rata baxxa u fissa. Il‐mudell jitwettaq bi Trusts Komunitarji tal‐Art u b’kooperattivi tad‐djar, biex l‐art tinżamm barra mill‐ispekulazzjoni u d‐djar jibqgħu affordabbli fit‐tul.
35. Żieda qawwija fl‐istokk tal‐housing affordabbli u soċjali ta’ kwalità
Inżidu sostanzjalment l‐istokk tal‐housing affordabbli u soċjali ta’ kwalità permezz ta’ binjiet ġodda, riġenerazzjoni ta’ propjetà eżistenti u użu aħjar tal‐art u binjiet pubbliċi, bi prijorità liż‐żgħażagħ, il‐familji b’introjtu medju u baxx, lill‐anzjani u l‐persuni vulnerabbli. Din iż‐żieda tissaħħaħ permezz tas‐Suq Soċjali tad‐Djar.
36. Appoġġ finanzjarju għall‐kera privata
Nintroduċu benefiċċju annwali għall‐persuni u l‐familji li jgħixu f’akkomodazzjoni mikrija b’kuntratt reġistrat iżda li, minħabba d‐dħul tagħhom jew raġunijiet oħrajn, ma jkunux eliġibbli għall‐iskemi eżistenti tas‐sussidju fuq il‐kera privata. Il‐benefiċċju jieħu l‐forma ta’ kreditu tat‐taxxa għal min iħallas it‐taxxa, u pagament dirett għal min jaqla’ inqas mil‐limitu tat‐taxxa. Il‐miżura tiġi abbinata ma’ qafas ta’ stabbiltà fil‐prezzijiet tal‐kiri li jipproteġi lill‐inkwilini b’kuntratti rreġistrati minn żidiet mhux ġustifikati, filwaqt li nkomplu ninċentivaw il‐formalità fis‐suq tal‐kiri kollu kemm hu.
37. Użu mill‐ġdid ta’ propjetà vojta
Noħolqu skema biex il‐Gvern ikun jista’ jikri jew jixtri u jikkonverti propjetà vojta bl‐iskop ta’ housing soċjali, housing affordabbli jew akkomodazzjoni tranżitorja, biex minflok nibqgħu nibnu bla waqfien, nużaw aħjar dak li diġà jeżisti. Hekk inkunu wkoll qed nirrinovaw ħemel ta’ binjiet abbandunati li qed ikerrhu l‐pajsaġġ tal‐irħula u l‐ibliet tagħna.
38. Nintroducu l-Housing Associations
Ninvestu f’mudell ġdid ta’ housing soċjali magħruf bħala “housing association” – sħubija strutturata bejn l‐awtoritajiet pubbliċi u l‐NGOs – li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu housing b’servizz t’appogg. Fil‐qalba ta’ dan il‐mudell inħaddmu l‐politika ta’ Housing First: l‐ewwel dar stabbli, imbagħad l‐appoġġ – għax mingħajr saqaf fuq rasek ma tistax tibni ħajtek mill‐ġdid. Permezz ta’ din l-inizjattiva insaħħu dak li diġa qed jiġi offrut minn NGOs bħala housing b’appoġġ speċjaliżżat. Dan jiġi estiż għal vittimi tal- vjolenza domestika lill‐NGOs joffru housing b’appoġġ speċjalizzat għall‐persuni mingħajr dar, il‐vittmi tal‐vjolenza domestika, il‐persuni b’diżabbilta, persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, żgħażagħ li jtemmu l‐kura, u anzjani li jridu jibqgħu fil‐komunita b’dinjita.
39. Self b’rata vantaġġuża għal estensjoni jew titjib fid‐dar tal‐familja
Noffru self garantit jew b’rata sussidjata għax‐xogħlijiet li jippermettu lill‐familji li jadattaw darhom meta uliedhom ikunu kibru. Hekk nevitaw li jiġu mġiegħla jidħlu fis‐suq tax‐xiri jew tal‐kiri.
40. Skema ta’ sussidju tal‐kera għall‐anzjani li għalqu l‐65
Nintroduċu Rent Support Scheme għall‐anzjani li għalqu l‐65 sena iżda li mhux eliġġibli għas-sussidju tal- kera. B’din l‐iskema niżguraw li dawn il‐persuni jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti fil‐komunità, mingħajr ma nħallu l‐kera tagħhom tibqa’ tnaqqar ammonti sostanzjali mid‐dħul tagħhom.
L‐anzjani: dinjità u sigurtà
L‐anzjani: dinjità u sigurtà
41. Kura fil‐komunità aktar soda għall‐anzjani tagħna
L‐anzjani tagħna jixtiequ jibqgħu jgħixu fil‐komunitajiet tagħhom, iżda biex dan iseħħ jeħtieġu iżjed appoġġ. Għalhekk nintrabtu li nsaħħu s‐servizzi tal‐kura tal‐anzjani fil‐komunità biex jiġu moqdijin aħjar u biex intawlu ż‐żmien li jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom. B’dan il‐mod, l‐anzjani jkunu aktar kuntenti fil‐komunità tagħhom, filwaqt li bl‐istess spiża nkunu nistgħu nilħqu aktar anzjani milli kieku jidħlu jgħixu f’djar tal‐anzjani.
42. Ftehim mal‐banek għal servizz apposta għall‐anzjani
Naħdmu mal‐banek u l‐istituzzjonijiet finanzjarji biex ikun hemm ħinijiet, għajnuna u servizz apposta għall‐anzjani, inkluż assistenza wiċċ imb wiċċ għal min ma jistax jew isibha diffiċli juża s‐sistemi diġitali.
43. Servizz tal‐mediċini fid‐dar għall‐anzjani b’mobbiltà limitata
Indaħħlu servizz nazzjonali effiċjenti ta’ tqassim tal‐mediċini fid‐dar għall‐anzjani b’mobbiltà limitata jew li jsibuha diffiċli joħorġu mid‐dar, biex jiksbu l‐mediċini tagħhom b’mod regolari, sikur u fil‐ħin, mingħajr il‐bżonn li jistennew fi kjuwijiet jew jivvjaġġaw bla bżonn.
44. Servizzi fil‐komunità
Insaħħu u nespandu b’mod sostanzjali s‐servizzi fil‐komunità, inkluż day care centres u servizzi personalizzati fid‐dar, biex l‐anzjani jingħataw kura aktar qrib tagħhom u jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom kemm jista’ jkun, b’aktar dinjità u kwalità ta’ ħajja aħjar.
45. Faċilitajiet sportivi bla ħlas għall‐pensjonanti
Nipprovdu aċċess bla ħlas għal faċilitajiet sportivi u fitness tal‐Gvern għall‐pensjonanti, permezz ta’ sistema sempliċi marbuta mal‐ID tagħhom, bi programmi adattati għall‐età u l‐kundizzjoni fiżika.
46. Appoġġ fiskali akbar għall‐kura tal‐anzjani u l‐persuni b’diżabbiltà
Inżidu t‐tnaqqis fit‐taxxa għall‐familji li jħallsu għal djar privati tal‐anzjani, tal‐persuni b’diżabbiltà jew ċentri tal‐kura, billi ngħollu l‐limitu minn €4,500 għal €7,000 fis‐sena.
47. Investiment f’aktar ċentri għall‐persuni bid‐dimensja
In‐numru tal‐persuni li jbatu mill‐kundizzjoni tad‐demensja qed kulma jmur jiżdied. Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti f’aktar ċentri ta’ matul il‐jum għall‐pazjenti tad‐demensja biex iwieżnu u jappoġġaw lill‐familjari.
48. Aktar djar tal‐anzjani fil‐komunità u San Vinċenz
Ninvestu fi djar tal‐anzjani fil‐komunità bi standards għoljin. Dawn id‐djar iridu jkunu ċentri ta’ attività biex l‐anzjani jibqgħu attivi. Nifhmu li jasal żmien meta l‐anzjani ma jkunux jistgħu jgħixu aktar fil‐komunità u jkollhom bżonn servizz residenzjali. Għalhekk niżguraw li r‐residenza ta’ San Vinċenz De Paul (SVDP) tibqa’ tigi modernizzata u jiżdiedu s‐servizzi għall‐anzjani.
Għall-ġid tal-pensjonanti
Għall-ġid tal-pensjonanti
49. Żieda ta’ €650
Il‐pensjonanti se jirċievu żieda ta’ mill‐inqas €650 fis‐sena fil‐pensjoni tagħhom liema somma tkun garantita u permanenti.
50. Indiċi tal‐għoli tal‐ħajja adattat għall‐anzjani
Nibdew inħaddmu mekkaniżmu li jikkunsidra aħjar l‐ispejjeż reali tal‐anzjani tagħna, bħall‐ikel, il‐mediċini, is‐servizzi tal‐kura tas‐saħħa u l‐kera, biex l‐aġġustamenti ikunu ibbażati fuq ix‐xiri li verament tirrifletti l‐bżonnijiet tagħhom.
51. Pensjonijiet aħjar u aktar ġusti
Niżguraw li l‐anzjani ma jħallsu l‐ebda income tax fuq dħul sa €37,104 fis‐sena. Neżentaw lill‐anzjani mit‐taxxa fuq id‐dħul kollu sa dan il‐limitu, kemm jekk ikun ġej mill‐pensjoni tal‐Istat, minn xogħol, attività ekonomika, kera, imgħaxijiet, investimenti jew minn xi sors ieħor.
52. Id‐dritt li taħdem u tirċievi l‐pensjoni
Inneħħu r‐regola li torbot ix‐xogħol ma’ tnaqqis fil‐pensjoni għal min ikun ħallas 40 sena kontribuzzjonijiet tas‐sigurtà soċjali, biex min jilħaq dan il‐livell ikun jista’ jaħdem u jirċievi l‐pensjoni fl‐istess ħin.
53. Trasferiment tal‐kontribuzzjonijiet tas‐sigurtà soċjali bejn il‐koppji
Nintroduċu mekkaniżmu li jippermetti li, meta membru ta’ koppja jkollu jew ikollha ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas‐sigurtà soċjali aktar mill‐minimu meħtieġ għal pensjoni sħiħa, parti mill‐ħlasijiet żejda – sa 5 snin – tkun tista’ tiġi trasferita lejn il‐membru l‐ieħor jew l‐oħra.
54. Programm ta’ taħriġ qabel l‐irtirar
Nirristrutturaw it-taħriġ għal qabel l-irtirar li bħalissa jiġi offrut lil impjegati tas-settur pubbliku, biex noffru programm strutturat li jinkludi appoġġ fl-ippjanar finanzjarju, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, opportunitajiet ta’ voluntarjat, żvilupp fil-ħiliet diġitali, passatempi ġodda u parteċipazzjoni attiva fil-komunità. Dan it-tahrig ikun offrut ukoll lill-impjegati tas-settur privat.
55. Grants akbar lill‐anzjani li jagħżlu jibqgħu jgħixu f’darhom
Inżidu sostanzjalment il‐grants lill‐anzjani li jibqgħu jgħixu fil‐komunità tagħhom, billi nżidu
- minn €525 għal €1050 fis‐sena għall‐anzjani li għalqu t‐80 sena,
- minn €425 għal €850 fis‐sena għall‐anzjani ta’ bejn il‐75 u d‐79 sena,
- u noħolqu skema ġdida ta’ €500 fis‐sena għall‐anzjani ta’ bejn is‐70 u l‐74 sena.
56. Għajnuna finanzjarja akbar għal min ikollu live‐in‐carer
Nemmnu bis‐sħiħ li l‐anzjani għandhom kemm jista’ jkun jibqgħu jgħixu fil‐komunità. Għalhekk nemmnu fil‐bżonn u r‐rwol importanti tal‐live‐in carers. Filwaqt li nagħrfu li l‐ispejjez marbuta mal‐impjieg ta’ live‐in carer huma kbar immens, Gvern ġdid Nazzjonalista jiżgura li s‐sussidju li jagħti l‐Gvern jiżdied.
57. Il‐pensjonanti li jibdlu d‐dar ma jħallsux taxxa tal‐boll fuq l‐ewwel €350,000
Il‐pensjonanti li jbigħu d‐dar residenzjali tagħhom biex jixtru post iżgħar jew aktar aċċessibbli jgawdu minn eżenzjoni tal‐boll fuq l‐ewwel €350,000 meta jixtru d‐dar il‐ġdida tagħhom.
58. Inċentiv aktar qawwi għal tfaddil tal‐pensjoni privata
Inżidu l‐limitu ta’ kontribuzzjonijiet eliġibbli għall‐iskemi personali tal‐irtirar (it‐tielet pilastru) minn €3,000 għal €4,000 fis‐sena. It‐tax credit ta’ 25% ikun japplika fuq il‐limitu l‐ġdid biex il‐kreditu massimu jiżdied minn €750 għal €1,000 fis‐sena. Din il‐miżura tħeġġeġ aktar tfaddil privat għall‐irtirar u taħdem b’mod komplementari mal‐viżjoni fit‐tul tal‐miżura Youth Pension KickStart għaż‐żgħażagħ.
59. Soluzzjoni permanenti għall‐anomalija ta’ min twieled qabel l‐1962
Nindirizzaw b’mod ġust l‐anomaliji li laqtu lill‐persuni mwielda qabel l‐1962, inkluż kumpens adegwat b’somma f’daqqa meta meħtieġ, biex tissewwa l‐inġustizzja li ilha tinġarr għal snin twal. Il‐Pension Action Plan stess jagħraf il‐ħtieġa li jitnaqqas id‐distakk bejn gruppi ta’ nies differenti.
60. Nirrikonoxxu l‐ħidma tan‐nisa u l‐carers li waqfu mix‐xogħol
Nintroduċu mekkaniżmi aktar ġusti ta’ krediti jew drittijiet pensjonabbli għal min waqaf mix‐xogħol biex irabbi lil uliedu jew jieħu ħsieb lil xi familjari, speċjalment għal dawk in‐nisa li spiċċaw b’pensjoni dgħajfa jew mingħajr pensjoni.
61. Pensjonijiet prorata u aktar ġustizzja fil‐kontribuzzjonijiet
Issir ġustizzja ma’ min ħallas inqas minn 10 snin bolol jew kellu karriera maqtugħa, biex il‐kontribut, żgħir kemm hu żgħir, xorta jigi rikonoxxut, avolja ma laħaqx il‐livell mistenni tal‐qafas attwali.
62. Tneħħija ta’ inġustizzji fid‐Double Pension Act u anomaliji oħra
Nirrivedu każijiet tat‐tnaqqis inġust fil‐pensjoni tal‐Istat minħabba pensjonijiet oħra, kif ukoll anomaliji għal dawk li kienu fl‐armata u kategoriji oħra, biex il‐prinċipju jkun wieħed ta’ ġustizzja u proporzjonalità.
63. Reviżjoni fil‐limitu massimu tal‐pensjoni biex il‐kontribut jitqies b’mod aktar ġust
Nirrivedu l‐limitu massimu u anomaliji oħra fil‐pensjoni massima biex il‐kontribut u l‐qligħ tul il‐ħajja tax‐xogħol ikunu riflessi b’mod aktar ġust.
64. Tisħiħ tal‐appoġġ għall‐kura tal‐anzjani
L‐ammont li jittieħed mill‐gvern mill‐pensjoni ta’ min ikun residenti f’dar tal‐anzjani jitnaqqas minn massimu ta’ 80% għal mhux aktar minn 50% biex l‐anzjan iżomm mill‐inqas nofs il‐pensjoni tiegħu. Anzjani li minħabba nuqqas ta’ spazju jintbagħtu fi djar privati jibqgħu jgawdu mill‐istess faċilitajiet u servizzi daqslikieku baqgħu f’dar tal‐anzjani mmexxija mill‐gvern.
65. Għotja lil dawk in‐nisa li ħadmu mid‐dar biex irabbu familja
Inżidu l‐għotja għal dawk in‐nisa li ħadmu mid‐dar biex irabbu familja għal €2,000 fis‐sena – rikonoxximent għal min waqaf jaħdem biex jieħu ħsieb il‐familja.
Tfal u familji li jeħtieġu appoġġ speċjalizzat
Tfal u familji li jeħtieġu appoġġ speċjalizzat
66. Is‐servizzi soċjali personalizzati m’għandhomx jiġu politiċizzati
Nirristrutturaw l‐aġenziji li joffru servizzi soċjali personalizzati biex ir‐riżorsi jintużaw bl‐aktar mod effettiv u l‐persuni li jirċevuhom ikollhom servizz effiċjenti u fl‐iqsar ħin. Niżguraw li l‐persuni li jmexxuhom ikunu kompetenti u professjonisti fil‐qasam, u mhux magħżula b’mod partiġġjan, biex id‐direzzjoni tkun tirrispetta lill‐professjonisti tas‐settur u toffri servizz dinjituż fl‐aħjar interess ta’ min jeħtieġ.
67. Ir‐riżorsi umani fis‐settur soċjali
Nistabbilixxu mekkaniżmu permanenti għal ippjanar tal‐ħaddiema fis‐settur soċjali u nwettqu reviżjoni regolari tal‐bżonnijiet biex jibqgħu jirriflettu s‐sitwazzjoni attwali u d‐destinazzjoni li rridu nilħqu fi żmien ħames u għaxar snin. Abbażi ta’ din, infasslu strateġija kontinwa li tattira lill‐istudenti lejn dawn il‐karrieri, taġġorna l‐korsijiet disponibbli, u tiżgura li s‐settur ikollu biżżejjed professjonisti biex jagħti s‐sostenn neċessarju lis‐soċjetà.
68. Servizz ta’ respite għall‐familji b’persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali
Il‐familji li jieħdu ħsieb lil xi persuna b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali jġorru piż kbir u kontinwu. Filwaqt li nirrikonoxxu s‐servizz imprezzabbli li jagħtu, irridu nibżgħu għalihom ukoll. Għaldaqstant ninvestu fi struttura ta’ appoġġ li fuqha jistgħu jistrieħu dawn il‐familji, meta jkunu jeħtieġu pawsa qasira jew sostenn f’mumenti ta’ kriżi, biex ikunu jistgħu jieħdu l‐mistrieħ mistħoqq mingħajr ma jħossuhom ħatja jew abbandunati.
69. Servizzi terapewtiċi u ta’ appoġġ għat‐tfal newrodiverġenti
Nirristrutturaw is‐servizzi terapewtici u ta’ appoġġ għat‐tfal newrodiverġenti u lill‐familji tagħhom. Niżguraw li jkollhom ir‐riżorsi umani meħtieġa, bi mmaniġġjar professjonali u effiċjenti, u b’koordinazzjoni sħiħa bejn is‐servizzi ta’ assessjar, terapiji, parent coaching u appoġġ lill‐familja. B’hekk il‐familji ma jibqgħux jintbagħtu minn servizz għall‐ieħor mingħajr pjan ċar u koordinazzjoni vera.
70. Perkors sikur mit‐tfulija sal‐maturità
Noħolqu sistema ta’ tranżizzjoni għall‐adolexxenti newrodiverġenti lejn it‐taħriġ, ix‐xogħol, il‐ħajja indipendenti u servizzi adulti, biex il‐familji ma jisfawx waħedhom meta jintemm l‐appoġġ tat‐tfulija u jibda vojt istituzzjonali.
71. Il‐foster carers jingħataw appoġġ professjonali kontinwu
Insaħħu l‐qasam tal‐foster care b’appoġġ professjonali kontinwu, b’superviżjoni regolari u b’tim multidixxiplinari apposta, biex il‐familji li jospitaw tfal li ma jkunx it‐tfal bijoloġiċi tagħhom ma jisfawx waħedhom jindirizzaw trawmiet, sfidi emozzjonali u bżonnijiet kumplessi tat‐tfal fil‐kura tagħhom.
72. Allowance ġusta u differenzjata għall‐fostering
Inżidu l‐allowance tal‐fostering għal ammont aktar realistiku skont il‐bżonnijiet tat‐tfal, speċjalment meta jkun hemm xi diżabbiltà, trawmiet jew bżonn ta’ kura intensiva, biex dawn il‐familji ġenerużi jitwieżnu aħjar.
73. Taħriġ speċjalizzat qabel u waqt il‐fostering
Nagħmlu t‐taħriġ għall‐foster carers aktar speċjalizzat u kontinwu, b’enfasi fuq ir‐rabtiet, it‐trawmiet, l‐imġiba diffiċli u ħidma mal‐familja naturali, biex it‐tfal jingħataw stabbiltà aħjar u l‐placement ikollu aktar ċans li jirnexxi fit‐tul.
74. Aktar drittijet għall‐foster carers
Meta tifel jew tifla jitneħħew mill‐Istat mingħand il‐familja naturali tagħhom minħabba abbuż jew negliġenza u jitqiegħdu f’foster care jew residenza tat‐tfal, id‐drittijiet tal‐ġenituri jiġu trasferiti lill‐foster carers jew lill‐persuna responsabbli mir‐residenza tat‐tfal, biex ikun żgurat li d‐drittijiet u l‐bżonnijiet tal‐minuri jitħarsu tul il‐perjodu li jkunu qed jgħixu magħhom.
75. Prijorità biex l‐aħwa jibqgħu flimkien
Nagħtu prijorità biex l‐aħwa jibqgħu flimkien fil‐każ tal‐foster care u l‐adozzjoni, ħlief meta ma jkunx fl‐aħjar interess tagħhom, biex ma nżidux telfiet ġodda lit‐tfal li diġà jkunu għaddejjin minn taqlib kbir f’ħajjithom.
76. Deċiżjonijiet aktar malajr għal permanenza stabbli
Fit-tfulija, xahar hu twil wisq. Għaldaqstant innaqqsu d‐dewmien fid‐deċiżjonijiet dwar il‐fostering fit‐tul, il‐guardianship u l‐adozzjoni, għax uliedna ma jistgħux jibqgħu jistennew snin sħaħ fl‐inċertezza. Nagħtuhom l‐istabbiltà, il‐permanenza u sens ta’ appartenenza fil‐ħin u mill‐aktar fis.
77. Appoġġ wara l‐adozzjoni, mhux biss qabel
Noħolqu servizz strutturat ta’ appoġġ għal wara l‐adozzjoni permezz ta’ terapija, parent coaching u għajnuna edukattiva, biex il‐familji li jadottaw lit‐tfal jibqgħu sostnuti wkoll wara l‐adozzjoni u t‐tifel jew it‐tifla jkollhom appoġġ fit‐tul.
Sistema ġusta u ekwa fil‐liġi tal‐familja: fl‐interess tat‐tfal
Sistema ġusta u ekwa fil‐liġi tal‐familja: fl‐interess tat‐tfal
78. It‐tfal għandhom dritt għaż‐żewġ ġenituri
Il‐liġi tal‐familja għandha tibda minn prinċipju wieħed ċar u uman: it‐tfal għandhom dritt igawdu liż‐żewġ ġenituri tagħhom sakemm ma jkunx hemm raġuni serja u pruvata għalfejn dan m’għandux iseħħ. Ġenitur tajjeb, preżenti u responsabbli m’għandux jispiċċa jitneħħa jew jitnaqqas mill‐ħajja ta’ wliedu għax is‐sistema tkun qed taħdem bil‐mod, ma jkollhiex infurzar biżżejjed, jew tkun tħalli lok għal tattiċi u abbużi proċedurali.
79. Smigħ urġenti meta jitnaqqas jew jiġi sospiż l‐aċċess
Meta l‐aċċess ta’ ġenitur jitnaqqas jew jiġi sospiż, is‐sistema ġudizzjarja għandha tipprovdi rimedju mingħajr dewmien ta’ smigħ urġenti. Fil‐każijiet li jinvolvu t‐tfal, id‐dewmien mhuwiex biss problema amministrattiva, iżda jaf jagħmel ħsara diretta lit‐tfal jew lir‐relazzjoni bejn it‐tfal u l‐ġenitur. Kull jum ta’ distanza jew inċertezza jaf iħalli konsegwenzi emozzjonali serji u fit‐tul.
80. Infurzar effettiv tal‐Ordnijiet tal‐Qorti għal aċċess
Ordni tal‐Qorti għal aċċess trid tkun effettiva. Ma jistax ikollna sistema li wara Ordni tal‐Qorti għal aċċess, biex ġenitur ikun jista’ jara lil uliedu, din tkun tippermetti li dik l‐Ordni tal‐Qorti tiġi injorata mingħajr konsegwenzi serji.
81. Rikonoxximent tal‐parental alienation bħala ħsara emozzjonali
Il‐liġi għandha tirrikonoxxi li l‐parental alienation jew l‐imġiba aljenanti tista’ tkun forma ta’ vjolenza domestika jew abbuż mill‐vulnerabbiltà tat‐tfal li tissarraf fi ħsara emozzjonali u psikoloġika lit‐tfal. Il‐parental alienation jew l‐imġiba aljenanti għandhom jiġu definiti mhux bħala xi kunċett astratt jew psikologiku biss, iżda bħala mġiba konkreta meta ġenitur jipprova – kemm‐il darba u mingħajr ġustifikazzjoni – idgħajjef jew ikisser ir‐relazzjoni tat‐tfal mal‐ġenitur l‐ieħor.
82. Protezzjoni immedjata lill‐vittmi reali tal‐vjolenza domestika
Sistema ġusta trid tipproteġi b’kull mod lil min ikun jinsab f’riskju reali. Meta jkun hemm evidenza ta’ vjolenza domestika, abbuż jew periklu għat‐tfal, il‐Qorti għandha taġixxi minnufih u bis‐saħħa kollha.
83. Smigħ tat‐tfal b’mod sigur u responsabbli
It‐tfal għandu jkollhom leħen, iżda m’għandhomx jinqabdu f’nofs il‐kunflitt tal‐ġenituri. Il‐liġi għandha tiżgura li t‐tfal jinstemgħu kif xieraq skont l‐età u l‐maturità tagħhom, mingħajr ma jiġu esposti għal proċeduri li jaghmlulom il-ħsara mġiegħla jagħżlu bejn xi wieħed jew waħda mill‐ġenituri.
84. Sistema Statali ta’ manteniment tat‐tfal
Nistabbilixxu sistema biex l‐Istat ikun jista’ jiggarantixxi l‐ħlas tal‐mantenimenti tat‐tfal skont Deċiżjonijiet tal‐Qorti, u mbagħad jirkupra l‐ammonti dovuti direttament mingħand min jonqos milli jħallas. Hekk, Gvern ġdid Nazzjonalista jiżgura stabbiltà finanzjarja immedjata lit‐tfal u lill‐ġenitur li jieħu ħsiebhom, filwaqt li r‐responsabbiltà tibqa’ fuq min għandu l‐obbligu legali jipprovdi l‐manteniment.
Azzjoni minn qabel, mhux b’reazzjoni
Azzjoni minn qabel, mhux b’reazzjoni
85. Qrati u prosekuzzjoni speċjalizzati għall‐vjolenza fuq in‐nisa
Nistabbilixxu sezzjoni speċjalizzata b’magistrati, prosekuturi u ħaddiema mħarrġa biex każijiet tal‐vjolenza domestika, stalking u abbuż sesswali jinqatgħu malajr, b’inqas dewmien u b’aktar protezzjoni reali għall‐vittmi. Jispiċċa ż‐żmien fejn każijiet idumu xhur u snin biex jinstemgħu, sitwazzjonijiet li sfortunatament anki wasslu għal konsegwenzi traġiċi. Isir sforz u jiġu allokati riżorsi biex il‐każijiet tal‐vjolenza domestika jinstemgħu f’anqas minn xahrejn.
86. L‐aggressur, mhux il‐vittma, barra mid‐dar
Nagħtu setgħat aktar ċari għal emergency barring orders immedjati biex, meta jkun hemm ir‐riskju, l‐aggressur jitneħħa mid‐dar u mhux il‐vittma u l‐ulied. Naraw li s‐sistema elettronika tal‐monitoragg tintuża b’mod effettiv f’każ ta’ vjolenza kontra n‐nisa b’riskju għoli.
87. Bord indipendenti għal analiżi f’każ ta’ femiċidju u każijiet ta’ riskju għoli
Noħolqu bord indipendenti li jwettaq analiżi tal‐femiċidji li jseħħu u ta’ każ gravi ta’ vjolenza abbażi tal‐ġeneru biex jidentifika fallimenti istituzzjonali, jordna tibdil fil‐protokolli u jagħmel rakkomandazzjonijiet obbligatorji.
88. Mudell ta’ protezzjoni kontra l‐isfruttament sesswali u l‐prostituzzjoni
Niddekriminalizzaw lil min jinsab maqbud f’sitwazzjonijiet ta’ prostituzzjoni jew sfruttament sesswali, filwaqt li nżidu l‐pieni fuq min jixtri s‐sess u min japprofitta mit‐traffikar tal‐persuni. Il‐liġi trid tikkastiga d‐domanda u tipproteġi lill‐vittma, mhux bil‐maqlub, u tiġi emendata biex fejn tidħol il‐prostituzzjoni jitħaddem l‐equality model.
89. Ugwaljanza u dinjità fil‐midja u fis‐setturi kulturali
Nistabbilixxu kodiċi ta’ kondotta, imfassal mal‐industrija tal‐midja u s‐setturi kulturali, li jistabbilixxi standards ċari kontra kontenut sessist u degradanti. Il‐konformità ma’ dan il‐kodiċi tkun kundizzjoni għall‐finanzjament pubbliku u għal kull forma ta’ appoġġ mill‐Istat. Barra minn hekk, nintroduċu obbligi tat‐trasparenza dwar ir‐rappreżentanza tan‐nisa f’pożizzjonijiet editorjali, eżekuttivi u ta’ tmexxija, u noffru inċentivi konkreti lill‐organizzazzjonijiet li jilħqu miri reali f’dan il‐qasam.
Diżabbiltà, ħajja indipendenti u inklużjoni sħiħa
Diżabbiltà, ħajja indipendenti u inklużjoni sħiħa
90. Liġi soda dwar aċċessibbiltà universali u infurzabbli
Nintroduċu liġi ċara li tobbliga disinn universali fl‐ippjanar urban, il‐bini, is‐servizzi pubbliċi, mezzi ta’ komunikazzjoni u l‐pjattaformi diġitali, flimkien ma’ standards infurzabbli biex l‐aċċessibbiltà tissarraf fil‐prattika, f’kull ħaġa li nwettqu.
91. Garanzija legali ta’ kontinwità tas‐servizzi wara t‐22 sena
Nintroduċu garanzija legali biex l‐ebda persuna b’diżabbiltà ma tisfa għal riħha mis‐servizzi meta tagħlaq it‐22 sena. Gvern ġdid Nazzjonalista jobbliga ruħu li qabel tintemm il‐fażi edukattiva, jipprovdi postijiet xierqa fi programmi ta’ matul il‐jum, taħriġ, ħajja komunitarja, xogħol jew servizz ieħor adattat.
92. Programm ta’ taħriġ vokazzjonali inklużiv
Niżviluppaw korsijiet vokazzjonali akkreditati u mfassla speċifikament għall‐istudenti b’xi diżabbiltà konjittiva, fiżika jew sensorika li twaqqafhom milli jidħlu f’xi waħda mill‐istituzzjonijiet postsekondarji. Il‐korsijiet, f’oqsma bħall‐ospitalità, l‐arti, il‐protezzjoni tal‐ambjent u t‐teknoloġija assistiva, jingħataw f’ambjenti madwar il‐komunità (ħwienet, lukandi, għaqdiet soċjali, etc.) u mhux f’ċentri separati, u jwasslu għal ċertifikati rikonoxxuti bil‐qafas tal‐kwalifiki.
93. Skema ta’ aċċess dirett għax‐xogħol b’appoġġ
Kull student b’diżabbiltà sinifikanti li jtemm is‐snin tal‐edukazzjoni obbligatorja jkollu dritt għal “job coach” personali għal 18‐il xahar, li jwasslu sa impjieg reali fil‐privat jew fis‐settur pubbliku. Min iħaddem jirċievi inċentiv finanzjarju skont il‐livell ta’ appoġġ meħtieġ.
94. Baġit personali u assistenza personali aktar flessibbli
Nagħtu r‐riedni f’idejn il‐persuni b’diżabbiltà permezz ta’ baġit personali u servizzi ta’ assistenza personali aktar flessibbli, affidabbli u personalizzati. L‐appoġġ għandu jsegwi lill‐persuna fil‐ħajja reali tagħha, mhux jinqabad f’sistema riġida. Għal dan l‐iskop issir liġi apposta li tħares id‐dritt għal servizz ta’ assistenza personali għal min jeħtieġu biex ikun jista’ jgħix ħajtu bħal ħaddieħor.
95. Pjan għall‐ħajja garantit – wegħda tal‐Istat lil kull familja
Permezz tal‐Aġenzija Sapport, kull persuna b’diżabbiltà severa jkollha pjan personali għall‐ħajja, imfassal kmieni mal‐familja u rivedut regolarment. Dan jinkludi tranżizzjoni gradwali meta l‐familja ma tkunx tista’ tibqa’ tieħu ħsieb lill‐persuni, persuna ta’ referenza garantita, u fond ta’ kontinwità biex l‐appoġġ tal‐Istat jibqa’ żgurat f’kull fażi tal‐ħajja.
96. Pjan ġdid għall‐inklużjoni fl‐iskejjel
Niżguraw l‐Individualized Education Programme (IEPs) jaħdmu fil‐prattika, LSEs imħarrġin u speċjalizzati, appoġġ b’riżorsi ta’ kwalità u koordinazzjoni aħjar bejn l‐iskola, it‐terapisti u l‐familja. Inklużjoni vera trid twassal għall‐progress tal‐istudent, mhux biss għal preżenza fil‐klassi.
97. Skola Dun Manwel Attard, Wardija tibqa’ miftuħa
Gvern ġdid Nazzjonalista jżomm l‐iskola Dun Manwel Attard il‐Wardija miftuħa u jistudja l‐possibilità li jwessa’ l‐età ta’ dawk li jattendu.
98. Passaport tas‐servizzi għall‐familji u l‐persuni b’diżabbiltà
Noħolqu profil wieħed diġitali jew dokument komuni li jiġbor is‐servizzi, l‐eliġibbiltajiet, l‐assessjar u l‐appuntamenti ewlenin, biex il‐familji jiksbu servizzi b’effiċjenza u ma jintilfux bejn uffiċċji differenti.
99. Il‐lingwa tas‐sinjali Maltija, u komunikazzjoni aċċessibbli fis‐servizzi essenzjali
Mal‐esperti fil‐qasam, il‐prattikanti, il‐persuni neqsin mis‐smigħ, u l‐Università ta’ Malta, nespandu t‐tagħlim tal‐Lingwa tas‐Sinjali Maltija u nintroduċu komunikazzjoni aċċessibbli fis‐saħħa, il‐pulizija, il‐qrati u s‐servizzi soċjali. Id‐dritt li tifhem u tinftiehem għandu jkun bażiku f’Malta moderna u ġusta.
100. Programm estensiv ta’ rinovazzjoni tal‐bankini
Ninvestu fi programm biex nirranġaw, nibnu mill‐ġdid u nistandardizzaw il‐bankini madwar Malta u Għawdex. Il‐bankini jkunu sikuri, aċċessibbli għal kulħadd, b’aktar dell, dawl adegwat u spazju għall‐mixi, b’koordinazzjoni mal‐Kunsilli Lokali u b’rispett għall‐ħtiġijiet tal‐komunità.
101. Trasport aċċessibbli personalizzat, sebat ijiem fil‐ġimgħa
Nespandu s‐servizz ta’ transport on‐demand għall‐persuni b’diżabbiltà li ma jistgħux jużaw it‐trasport pubbliku. L‐aċċess għax‐xogħol, għas‐saħħa, għall‐edukazzjoni u għall‐ħajja soċjali ma jistax jibqa’ jiddependi fuq xi favuri jew arranġamenti ta’ darba.
102. Blue Card permanenti għal min għandu diżabbiltà permanenti
Il‐persuni li jiġu ċċertifikati li għandhom diżabbiltà permanenti jingħataw Blue Card permanenti u ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jġedduha.
Dinjità, sigurtà u ugwaljanza
Dinjità, sigurtà u ugwaljanza
103. PrEP b’xejn u 24/7
Niżguraw stock garantit tal‐PrEP u li din tibqa’ tingħata b’xejn. Naraw li l‐PrEP u l‐PEP qatt ma jerġgħu jispiċċaw barra mis‐suq jew jiskadu mingħajr sostituzzjoni. Barra minn hekk, naraw li jkunu disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil‐ġimgħa, bi protokoll wieħed, biex il‐persuni f’riskju ma jintbagħtux minn post għall‐ieħor meta kull siegħa tgħodd.
104. Klinika GU aktar b’saħħitha, b’servizz dedikat għal Għawdex
Insaħħu l‐GU Clinic b’aktar ħaddiema, ħinijiet aħjar u servizz regolari għall‐Għawdxin, biex is‐saħħa sesswali ma tibqax servizz sekondarju u l‐listi tal‐istennija jonqsu b’mod konkret.
105. Xelters u housing ta’ emerġenza għaż‐żgħażagħ LGBTIQ+ vulnerabbli
Noħolqu skema ta’ housing ta’ emerġenza u akkomodazzjoni assistita għaż‐żgħażagħ LGBTIQ+ li jinsabu f’riskju li jispiċċaw barra mid‐dar jew li jinsabu mingħajr saqaf minħabba rifjut, abbuż jew vjolenza fil‐familja.
106. Patt nazzjonali mal‐unions u min iħaddem kontra diskriminazzjoni fuq ix‐xogħol
Innedu patt mal‐unions, l‐MCESD u min iħaddem biex jinħolqu standards ċari ta’ ugwaljanza fuq il‐lant tax‐xogħol, proċeduri għal ilmenti kunfidenzjali, u t‐taħriġ dwar id‐diversità li jkun maħsub b’mod speċifiku u mhux sempliċiment b’mod simboliku.
107. Aċċess ugwali għal protezzjoni mid‐diskriminazzjoni fis‐servizzi kollha
Nagħlqu l‐lakuni li fadal fil‐liġijiet tal‐ugwaljanza biex il‐protezzjoni mid‐diskriminazzjoni tkun tkopri b’mod ċar u espliċitu r‐raġunijiet kollha tas‐SOGIGESC, inkluż fil‐qasam tal‐prodotti u s‐servizzi, u mhux biss f’oqsma limitati.
108. Riċerka dwar l‐anzjani LGBTIQ+ u servizzi apposta
Nikkummissjonaw riċerka dwar il‐ħtiġijiet soċjali u tas‐saħħa tal‐anzjani LGBTIQ+ u, abbażi tagħha, nibdew servizzi reġjonali kontra l‐iżolament u l‐inviżibbiltà f’din il‐fażi tal‐ħajja.
109. Servizzi għall-persuni trans
Nipprovdu l-faċilitajiet kollha neċessaru biex jiġu provduti s-serizzi meħtieġa minn ġeneri differenti inkluż t-terapji ormonali kif ukoll il-kirurġija li jkollhom bżonn persuni trans.
Niġġieldu s‐solitudni bħala prijorità nazzjonali
Niġġieldu s‐solitudni bħala prijorità nazzjonali
110. Kunsill għall‐Benesseri u r‐Rabtiet Soċjali
Inwaqqfu Kunsill indipendenti li jiġbor flimkien lil esperti, NGOs u persuni b’esperjenza diretta biex jagħti pariri regolari lill‐Kabinett u jkejjel l‐impatt tal‐politika pubblika fuq il‐benesseri u s‐solitudni. Il‐Kunsill jippubblika rapport annwali b’indikaturi nazzjonali u rakkomandazzjonijiet konkreti.
111. Strateġija kontra s‐Solitudni
Nintroduċu Strateġija kontra s‐Solitudni u l‐Iżolament Soċjali b’miri mkejla, skedi taż‐żmien ċari u koordinazzjoni bejn is‐saħħa, l‐edukazzjoni u l‐politika soċjali. Niżguraw il‐kontabbiltà u progress kontinwu permezz ta’ rapport annwali lill‐Parlament.
112. Social Connection Impact Assessment għall‐politika pubblika
Niżguraw li l-politika u l-proġetti pubbliċi jkunu qabelxejn evalwati skont l-impatt soċjali tagħhom. Hekk niżguraw li d-deċiżjonijiet fl-ippjanar urban, it-trasport u s-saħħa ma jkollhomx impatt soċjali negattivi, fosthom l-iżolament soċjali.
113. Edukazzjoni fuq il‐ħiliet emozzjonali u r‐reżiljenza
Nintegraw l‐edukazzjoni dwar il‐mindfulness, ir‐reżiljenza u l‐ħiliet tal‐ħajja fil‐kurrikulu nazzjonali, bl‐għajnuna ta’ professjonisti tas‐saħħa mentali. Hekk nissoktaw ħidmitna favur il‐prevenzjoni fejn jidħlu d‐diffikultajiet tas‐saħħa mentali.
114. Inklużjoni soċjali bħala kriterju fl‐ippjanar urban
Niżguraw li l‐proġetti tal‐iżvilupp urban jiġu evalwati wkoll fuq l‐impenn tagħhom li jsaħħu l‐interazzjoni soċjali u fil‐komunità, biex nibnu spazji li jnaqqsu l‐iżolament.
Il‐midja soċjali u protezzjoni diġitali
Il‐midja soċjali u protezzjoni diġitali
115. Protezzjoni awtomatika lill‐minorenni
Niżguraw li meta persuna taħt l‐età tirreġistra ma’ pjattaforma diġitali, il‐pjattaforma trid tattiva awtomatikament settings aktar siguri: privatezza aktar qawwija, inqas rakkomandazzjonijiet aggressivi, u limiti fuq l‐autoplay, l‐infinite scroll u n‐notifiki eċċessivi li jinkoraġixxu użu kompulsiv.
116. Obbligu ta’ valutazzjoni tar‐riskju u superviżjoni indipendenti
Neżiġu li l‐pjattaformi kbar jagħmlu valutazzjoni regolari tar‐riskji għat‐tfal b’rabta ma’ cyberbullying, kontenut ta’ self‐harm, pressjoni fuq id‐dehra, u dipendenza diġitali, b’awditjar indipendenti u pieni serji fejn jonqsu milli jnaqqsu dawn ir‐riskji b’mod konkret.
117. Qafas aktar b’saħħtu kontra s‐cyberbullying u kontenut ta’ ħsara
Insaħħu l‐proċeduri ta’ kif wieħed jista’ jirrapporta każijiet ta’ cyberbullying, u naraw li s‐sorsi tas‐cyberbullying jitwaqqaf mill‐aktar fis, jingħata appoġġ lill‐vittmi ta’ cyberbullying, fastidju. Jiġi stabbilit punt ta’ referenza ċar u tissaħħaħ il‐koordinazzjoni bejn l‐iskejjel, il‐pulizija u l‐awtoritajiet kompetenti.
118. Trasparenza obbligatorja dwar kif il‐pjattaformi jimmiraw lill‐minorenni
Neżiġu aktar trasparenza dwar kif il‐pjattaformi jużaw ir‐rakkomandazzjonijiet, in‐notifiki u r‐reklamar meta l‐utenti jkunu taħt l‐età, biex il‐ġenituri, ir‐regolaturi u s‐soċjetà jifhmu aħjar x’qed isawwar l‐esperjenza diġitali tat‐tfal.
Volontarjat, soċjetà ċivili u komunitajiet ħajjin
Volontarjat, soċjetà ċivili u komunitajiet ħajjin
119. Liġi ġdida li tiddistingwi bejn għaqda volontarja żgħira u operatur kbir
Nirriformaw il‐qafas legali biex l‐għaqdiet volontarji żgħar ma jibqgħux jiġu ttrattati bl‐istess piż amministrattiv ta’ organizzazzjonijiet kbar. Regoli proporzjonati jfissru aktar ħin għas‐servizz fil‐komunità u inqas ħela ta’ ħin għall‐burokrazija bla bżonn.
120. Għajnuna fil‐kontijiet u l‐kirjiet lill‐għaqdiet volontarji attivi
Inwessgħu l‐appoġġ fuq l‐ilma, id‐dawl u l‐kirjiet lill‐għaqdiet volontarji li jagħtu servizz regolari u verifikat lill‐komunità. Hekk nappoġġaw bis‐sħiħ il‐volontarjat li jnaqqas il‐piż minn fuq l‐Istat u jipprovdi valur miżjud lis‐soċjetà tagħna.
121. Il‐Kunsilli Lokali bħala ċentri tal‐volontarjat
Nagħtu mandat ċar lill‐Kunsilli Lokali biex joħolqu Hubs għall‐Volontiera li jibnu rabtiet bejn għaqdiet volontarji, voluntiera u residenti. Nistinkaw biex il‐komunità ssir il‐post li tlaqqa’ u tikkoordina l‐elementi kollha tal‐volontarjat, biex dawn jaslu għand aktar nies fil‐bżonn.
122. Skema ta’ spazji għall‐għaqdiet volontarji fil‐qalba tal‐lokalitajiet
Nagħmlu inventarju tal‐binjiet li jistgħu jintużaw mill‐għaqdiet volontarji b’kera moderata jew bi ftehim fit‐tul. Nemmnu li għaqda mingħajr post stabbli titlef il‐kapaċità li tikber, tippjana u sservi. Fl‐istess waqt noħolqu skema biex NGOs li jkunu qed jikru post u dak il‐post ikun jista’ jinxtara, l‐NGO ikunu jistgħu jixtru l‐propjetà bi prezz reġjonevoli. Dan il‐prezz ikun bħala rikonoxximent tal‐ħidma li qed iwettqu.
123. Fond ta’ emerġenza għal għaqdiet żgħar u inizjattivi ta’ għajnuna immedjata
Noħolqu fond rapidu u sempliċi biex jgħin lil għaqdiet volontarji żgħar jew gruppi komunitarji f’sitwazzjonijiet urġenti, bħal ikel, mediċini, trasport jew tiswijiet essenzjali. Hekk nevitaw il‐proċeduri li jieħdu x‐xhur.
124. Akkademja tal‐volontarjat u t‐tmexxija ċivika
Inniedu programm ta’ taħriġ għall‐voluntiera u l‐amministraturi fuq il‐governanza, is‐salvagwardja, il‐ġbir tal‐fondi, l‐ewwel għajnuna, l‐ewwel rispons tas‐saħħa mentali, u l‐ħidma mal‐persuni vulnerabbli. Nemmnu li volontarjat b’saħħtu jeħtieġ nies imħarrġa, mhux biss rieda tajba.
125. Patt ta’ integrità u trasparenza għas‐settur volontarju
Nintroduċu standards ċari ta’ governanza, prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u protezzjoni tal‐whistleblowers, mingħajr ma noħonqu l‐għaqdiet iż‐żgħar. Nemmnu li s‐settur għandu jibqa’ ħieles, nadif u protett minn kull forma ta’ abbuż jew patrunaġġ.
126. Work release għall‐voluntiera
Indaħħlu qafas ta’ work release fis‐servizz pubbliku u s‐settur privat, biex il‐voluntiera involuti uffiċjalment mal‐għaqdiet volontarji jkollhom sigħat dedikati kull sena għal ħidmithom fil‐komunità u jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod aktar strutturat.
127. Ħaddiema mal-NGOs
Nagħmluha aktar possibbli biex impjegati tas-settur pubbliku jaħdmu ma’ NGOs. U dan mingħajr ma jitilfu l-iskala, il-grad, l-allowances, il-benefiċċji, il-bonuses jew il-progress fil-karriera tagħhom.
128. Nirrikonoxxu aħjar il‐kontribut tal‐għaqdiet volontarji fis‐settur soċjali
Filwaqt li nagħrfu li parti sostanzjali mis‐servizzi soċjali personalizzati f’pajjiżna jagħtuhom għaqdiet voluntarji professjonali, nikkomettu li nagħtuhom l‐appoġġ biex il‐ħaddiema tagħhom ikollhom salarji komparabbli mal‐ħaddiema fis‐settur pubbliku, filwaqt li l‐ispejjez tagħhom ikunu assigurat. B’hekk l‐għaqdiet ikunu jistgħu jinvestu l‐enerġija kollha tagħhom fl‐iżvilupp u l‐għoti tas‐servizzi, u mhux fit‐toqol tal‐fondi u d‐donazzjonijiet.
Għajnuna lill‐NGOs
Għajnuna lill‐NGOs
129. 100% rifużjoni tal‐VAT għall‐NGOs u l‐VOs
NGOs reġistrati u Għaqdiet Volontarji (VOs) jibdew jirċievu rifużjoni annwali ta’ 100% tal‐VAT li jħallsu fuq oġġetti u servizzi marbutin direttament mal‐missjoni tagħhom.
130. NGOs ikunu jistgħu jixtru l‐proprjetà tal‐gvern
Ħafna NGOs ilhom snin joperaw minn proprjetajiet mikrija mill‐gvern, u ta’ spiss investew ir‐riżorsi limitati tagħhom biex iżommu u jadattaw dawn il‐postijiet għall‐benefiċċju pubbliku. Għaldaqstant nestendu l‐prinċipju ta’ xiri tal‐proprjetà tal‐Gvern għal dawk l‐NGOs eliġibbli.
131. Roħs fil‐kontijiet tad‐dawl u tneħħija tal‐kera tal‐meter
Għall‐għaqdiet volontarji kollha se nkunu qed inraħħsu l‐kontijiet tad‐dawl bi 15% u se neliminaw l‐kirja tal‐meter.