Robert Abela maqtugħ mir-realtajiet tan-nies

Dalgħodu Robert Abela għażel li jagħmel diskors partiġġjan minflok ma indirizza l-problemi li qed jiffaċċja l-poplu Malti u Għawdxi.

Kif jista’ qatt Robert Abela jitwemmen meta jgħid li jmexxi Partit tal-Ħaddiema meta, wara ġimgħa, għadu lanqas biss ipprova jserraħ ras dawk kollha li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq l-Air Malta?

Kif jista’ qatt Robert Abela jitwemmen meta jgħid li jmexxi Partit tal-Ħaddiema meta pprefera jagħti l-miljuni lil Steward u Vitals minflok ma jinvesti fil-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa?

Kif jista’ qatt Robert Abela jitwemmen meta jgħid li jmexxi Partit tal-Ħaddiema meta għadu qed jirrifjuta li jagħmel Inkjesta Pubblika dwar il-qtil fil-post tax-xogħol ta’ Jean Paul Sofia?

Robert Abela kontinwament jibqa’ jiddefendi lil min hu b’saħħtu minflok lil min għandu d-dmir li jirrappreżenta.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni li Robert Abela għandu jwaqqaf il-ħniżrijiet tiegħu u ta’ sħabu u minflok, juża’ dawk il-flus biex jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi.

23.04.2023