Ir-rispett lejn il-professjonisti tas-saħħa jrid jidher ukoll fil-kundizzjonijiet tagħhom
Bil-problemi li hemm ta’ nuqqas ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa, ma jistax ikollna politiċi jilagħbu mas-salarji tagħhom. Ma jistax ikollna benchmarks li jinbidlu bejn il-professjonisti f’dan il-qasam, ghax dan jista’ jwassal għal problemi akbar għall-pazjenti tagħna f’Mater Dei u fi sptarijiet oħra.
Fl-ewwel 100 jum, Gvern ġdid Nazzjonalista jiddiskuti ftehim kollettiv ġdid għall-infermieri
Bil-problemi li hemm ta’ nuqqas ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa, ma jistax ikollna politiċi jilagħbu mas-salarji tagħhom. Ma jistax ikollna benchmarks li jinbidlu bejn il-professjonisti f’dan il-qasam, ghax dan jista’ jwassal għal problemi akbar għall-pazjenti tagħna f’Mater Dei u fi sptarijiet oħra.
Dawn il-kumment ingħataw minn Paul Pace, President tal-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN, waqt laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg wara li l-Gvern dan l-aħħar iffirma ftehim kollettiv ġdid ma’ settur wieħed tal-ħaddiema tas-saħħa u reġa’ ħalla barra lill-infermieri.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, min-naħa tiegħu, sema’ dak kollu li kellhom xi jgħidu r-rappreżentanti tal-MUMN u qalilhom li Gvern ġdid Nazzjonalista fl-ewwel mitt jum tiegħu se jkun qed ipoġġi bilqiegħda mar-rappreżentanti tal-infermieri u jinnegozji ftehim kollettiv ġdid li jagħtihom pakkett finanzjarju li jixirqilhom.
Huwa qal li jrid jara li l-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa jkunu mhux biss ippremjati ta’ xogħolhom imma inċentivati biex jibqgħu jagħtu s-servizzi tagħhom f’pajjiżna.
Alex Borg sostna li sabiħ li nfaħħru u nirringrazzjaw lil dawk li qed iżommu s-servizz tas-saħħa fuq saqajh imma lil hinn mill-kliem u r-retorika rridu nagħtu lil dawn il-ħaddiema id-dinjità u s-salarji li jixirqilhom.
Għal din il-laqgħa kienu preżenti wkoll il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Ray Gatt u Stephen Spiteri filwaqt li mal-President tal-MUMN Paul Pace kienu preżenti wkoll is-Segrtarju Ġenerali tal-MUMN Colin Galea u s-Segretarju Finanzjarju George Saliba.
20.05.2026
