L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering tiddikjara l-appoġġ tagħha għall-proposti tal-PN f’dan il-qasam
AĦBAR

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering tiddikjara l-appoġġ tagħha għall-proposti tal-PN f’dan il-qasam

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering tiddikjara l-appoġġ tagħha għall-proposti tal-PN f’dan il-qasam

Għall-Partit Nazzjonalista, l-industrija tat-turiżmu tibqa’ pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija – il-Kap tal-PN f’laqgħa mal-ACE

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) tappoġġja l-proposta tal-Partit Nazzjonalista li r-rata tal-VAT f’dan is-settur titnaqqas minn 18% għal 7% għax l-ispejjeż qegħdin dejjem jiżdiedu u l-istabbilimenti għandhom bżonn ikunu aktar sostenibbli.

Din id-dikjarazzjoni waslet mingħand il-President tal-ACE Michelle Muscat, li spjegat kif l-Assoċjazzjoni ilha titlob li dawn l-istabbilimenti jkollhom aktar għajnuniet.

Dan ħareġ waqt laqgħa li l-Partit Nazzjonalista kellu mal-Assoċjazzjoni, fejn il-Kap tal-PN Alex Borg spjega kif Gvern ġdid Nazzjonalista se jtenni din il-viżjoni, filwaqt li assigura li t‐turiżmu jibqa’ pilastru ewlieni tal‐ekonomija Maltija, iżda issa dan is‐settur irid jimxi għal mudell mibni fuq il‐valur.

Dan għaliex aktar milli fuq kwantità, il‐pjan tal-Partit Nazzjonalista hu bbażat fuq turiżmu ta’ kwalità li jħares lill‐komunitajiet tagħna, isaħħaħ l‐identità Maltija u Għawdxija, u jirrispetta l‐kwalità tal‐ħajja tar‐residenti.

Alex Borg spjega fid-dettall il-proposti tal-Partit Nazzjonalista biex jagħti Nifs Ġdid anke lill-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna. Fost oħrajn, Gvern ġdid Nazzjonalista jħalli aktar flus fil-but tal-ħaddiema u tas-sidien, waqt li bil-multiplying effect dan it-tkabbir jaffettwa aktar nies bil-konsegwenza li jkun hemm aktar kompetittività u tinħoloq aktar sostenibbiltà.

Gvern ġdid Nazzjonalista se jmexxi viżjoni ekonomika mibnija fuq tkabbir sostenibbli, aktar effiċjenza u ambjent aktar favorevoli għan-negozji biex dawn ikunu jistgħu jkomplu jinvestu u joħolqu impjiegi ta’ kwalità.

Akkumpanjat mill-kandidati tal-PN Jerome Caruana Cilia, Adrian Delia u Charles Selvaggi, Alex Borg tenna li din il-laqgħa kompliet issaħħaħ il-konsultazzjoni li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel biex jara li jipprovdi Nifs Ġdid għal pajjiżna.

Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kien hemm Mario De Marco.

19.05.2026