Il-Partit Laburista jerġa’ jkun kompliċi fis-serq tat-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur
Il-Partit Nazzjonalista jiddeplora l-manuvri li saru mill-Partit Laburista li għal darba oħra mar kontra r-rieda espressa min-nies ta’ Ħal Għargħur fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ sentejn ilu meta lbieraħ reġa’ seraq is-Sindikat ta’ din il-lokalità.
Il-kunsilliera indipendenti tigi eletta Sindku bil-vot tal-kunsillieri Laburisti
Il-Partit Nazzjonalista jiddeplora l-manuvri li saru mill-Partit Laburista li għal darba oħra mar kontra r-rieda espressa min-nies ta’ Ħal Għargħur fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ sentejn ilu meta lbieraħ reġa’ seraq is-Sindikat ta’ din il-lokalità.
Dan hekk kif din id-darba, bil-vot tal-kunsillieri Laburisti s-Sindikat mar għand il-kunsilliera indipendenti, bil-kariga ta’ Viċi Sindku tinsteraq ukoll minn kunsillier tal-Partit Laburista.
Il-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Għargħur ifakkru li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali, l-Għargħurin ivvutaw biex il-Partit Nazzjonalista jmexxi din il-lokalità b’maġġoranza ta’ 68% tal-voti.
Minkejja f’dan, il-Partit Laburista reġa’ għal darba oħra mar kontra r-rieda tal-poplu u ċaħħad lil Ħal Għargħur milli jkollu tmexxija Nazzjonalista kif xtaqu n-nies tiegħu.
Dan ikompli juri biċ-ċar l-ipokrezija tal-Partit Laburista li filwaqt li jgħid li jemmen fid-demokrazija, fil-prattika jagħmel bil-kontra.
Il-kunsillieri lokali tal-PN jerġgħu għal darba oħra jirrijaffermaw l-impenn tagħhom favur ir-residenti kollha ta’ Ħal Għargħur li minkejja dan it-tfixkil u s-serq min-naħa tal-Partit Laburista bil-kompliċità tal-kunsilliera indipendenti, xorta waħda se jkomplu jaħdmu favur ir-residenti li eleġġewhom.
Helen Gauci
Minority Leader u Kunsilliera Lokali tal-PN f’Ħal Għargħur
Marilena Galea
Kunsilliera Lokali tal-PN f’Ħal Għargħur
08.07.2026