…U l-poplu jħallas
Il-Partit Nazzjonalista jitlob serjetà u kontabbiltà lejn il-poplu mill-Ministri tal-Gvern. Dan żgur ma jiġix b’mistoqsijiet mhux imwieġba u sparpaljar bl-addoċċ ta’ flus il-poplu.
Ministru li la jistaqsi u lanqas iwieġeb
Il-Ministru Chris Bonett la jwieġeb u lanqas jistaqsi.
Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari li saret fil-Kamra mid-Deputat Nazzjonalista Michael Piccinino, l-Ispeaker qal li l-Ministru għat-Trasport kien l-aktar Ministru li ma weġibx Mistoqsijiet Parlamentari tul il-leġiżlatura li għaddiet.
B’kollox kien hemm aktar minn 1,200 PQ li baqgħu mhux imwieġba mill-Ministri bejn l-2022 u l-2026 – bil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali jkollu l-ogħla ammont ta’ Mistoqsijiet Parlamentari (174) li baqgħu bla tweġiba.
Chris Bonett mhux biss ma jweġibx imma lanqas jistaqsi. Tant li ħalla awtorità li kienet taqa’ taħtu tagħmel xogħlijiet estensivi fuq art f’Marsaskala b’fondi pubbliċi biex issa li tlesta x-xogħol sirna nafu li din fil-fatt hi art privata u li x-xogħol li sar minn flus il-poplu sar fuq art li mhix tal-gvern.
Il-Partit Nazzjonalista jitlob serjetà u kontabbiltà lejn il-poplu mill-Ministri tal-Gvern. Dan żgur ma jiġix b’mistoqsijiet mhux imwieġba u sparpaljar bl-addoċċ ta’ flus il-poplu.
07.07.2026