Kultura u Arti

Fejn il‑kobor jissupera d‑daqs ġeografiku

Il‑kultura hija r‑ruħ ta’ poplu ‑ il‑mod kif nikkomunikaw dak li aħna, dak li rridu nkunu, is‑sabiħ ta’ madwarna, u s‑sabiħ ta’ ġo fina.

Il‑kultura tagħna toħroġ u tesponi l‑valuri tagħna.

Il‑kultura hi kejl tal‑maturità ta’ poplu.

Gvern ġdid nazzjonalista jpoġġi l‑kultura u l‑arti fil‑qalba tal‑iżvilupp nazzjonali, mhux bħala settur iżolat, iżda bħala forza li ssaħħaħ l‑identità, il‑komunitajiet u l‑ekonomija kreattiva ta’ Malta u Għawdex.

Irridu nibnu sistema kulturali waħda, koordinata u trasparenti, li tgħin u tkun ta’ appoġġ għall‑artisti u l‑ħaddiema kreattivi, tinvesti fit‑talent Malti, tħares il‑wirt storiku u intanġibbli tagħna, u tiftaħ aktar spazji għall‑ħolqien, it‑taħriġ u l‑parteċipazzjoni.

Permezz tad‑Distrett Kulturali ta’ Malta li qed nipproponu, edukazzjoni artistika b’saħħitha, infrastruttura moderna u aċċess usa’ għall‑pubbliku, irridu nagħmlu l‑kultura parti mill‑ħajja ta’ kuljum u xprun ta’ riġenerazzjoni, kwalità u kburija nazzjonali

Pjan ta' Azzjoni Kultura li ssaħħaħ lill‑identità u l‑ekonomija kreattiva

Il‑pjan tagħna hu li nagħmlu l‑kultura u l‑arti pilastru ewlieni tal‑iżvilupp nazzjonali u ekonomiku ta’ Malta u Għawdex. Irridu nibnu ekonomija kreattiva li tagħti valur reali lit‑talent Malti, toħloq impjiegi ta’ kwalità u tħalli lill‑artisti u lill‑ħaddiema kreattivi jaħdmu f’ambjent professjonali, sostenibbli u rispettat. Il‑kultura ma tistax tibqa’ meqjusa bħala attività sekondarja, iżda bħala investiment dirett fil‑kwalità tal‑ħajja, fil‑komunitajiet tagħna u fil‑potenzjal ekonomiku tal‑pajjiż.

Permezz ta’ investiment aktar serju fl‑edukazzjoni artistika, fl‑infrastruttura kulturali u fid‑Distrett Kulturali ta’ Malta, irridu noħolqu sistema koordinata li tgħaqqad il‑kreattività, il‑produzzjoni u l‑innovazzjoni.

Nemmnu wkoll li l‑kultura għandha tkun aktar aċċessibbli u mifruxa mal‑pajjiż kollu, b’aktar spazji kreattivi, aktar opportunitajiet għaż‑żgħażagħ u aktar appoġġ għall‑komunitajiet u l‑għaqdiet volontarji. Irridu settur kulturali u artistiku li jgħolli l‑livell tal‑pajjiż, isaħħaħ l‑identità Maltija u joħloq ekonomija kreattiva moderna u dinamika.

Aktar Proposti

L‑arti u l‑ekonomija kreattiva

02. Status professjonali veru u rikonoxxut għall‑artisti

Insaħħu l‑istatus professjonali ċar lill‑artisti u l‑ħaddiema kreattivi b’qafas legali li jirrikonoxxi xogħol intermittenti, kuntratti qosra u dħul varjabbli, biex l‑arti tkun professjoni stabbli b’dinjità, prestiġju u serjetà

03. Income averaging għall‑artisti kreattivi

Nintroduċu sistema ta’ income averaging fuq tliet snin għall‑artisti u freelancers kreattivi, biex it‑taxxa tirrifletti r‑realtà ta’ dħul li jinbidel minn sena għall‑oħra u tnaqqas il‑piż fuq min jaħdem bil‑proġetti.

04. Kreditu tat‑taxxa fuq xogħol artistiku lokali

Nagħtu kreditu tat‑taxxa fuq infiq f’xogħol artistiku, pubblikazzjonijiet, produzzjonijiet u wirjiet ta’ artisti Maltin u Għawdxin, biex nixprunaw is‑suq artistiku lokali, u aktar familji, negozji u istituzzjonijiet jixtru, jikkummissjonaw u jivvalorizzaw it‑talent lokali. Nirrevedu l‑inċentiv tat‑taxxa ta’ 7.5% billi nneħħu l‑limiti fuq kontribuzzjonijiet deduċibbli mit‑taxxa għal proġetti kulturali u titwessa’ l‑eliġibbiltà għall‑benefiċċji fiskali biex tinkludi firxa usa’ ta’ professjonisti kreattivi.

05. Fond għall‑ewwel produzzjoni

Noħolqu fond speċjali għal artisti fil‑bidu tal‑karriera biex jiffinanzjaw l‑ewwel proġett artistiku. L‑għan hu li talent ġdid jingħata l‑ewwel ċans, mhux jibqa’ mwaħħal għax m’għandux mezzi. Nesploraw sistemi ta’ garanzija biex artisti żgħażagħ u dawk f’sitwazzjonijiet żvantaġġjati jkollhom aċċess għal Microcredit mill‑banek kummerċjali biex ikunu jistgħu jwettqu l‑proġetti tagħhom.

06. Rati speċjali għal spazji pubbliċi kulturali

Nintroduċu tariffi preferenzjali u trasparenti għall‑kiri ta’ teatri, swali u spazji ta’ esebizzjoni pubbliċi għal artisti, għaqdiet u production houses lokali, biex il‑prezz għall‑użu ta’ spazji pubbliċi ma jibqax ostaklu ewlieni għall‑produzzjoni u l‑preżentazzjoni tax‑xogħol Malti.

07. Skema ta’ xiri pubbliku ta’ arti Maltija

Nistabbilixxu skema biex skejjel, sptarijiet, ambaxxati, ministeri u bini pubbliku jakkwistaw jew jesponu x‑xogħol ta’ artisti Maltin biex ix‑xogħol lokali jidher u jinxtered. Inkomplu nibnu fuq l‑iskemi għall‑istallazjoni ta’ arti pubblika madwar Malta.

08. Pagamenti fil‑ħin bħala standard

Norbtu kull fond u kuntratt pubbliku fil‑qasam kulturali ma’ termini ċari ta’ ħlas fil‑ħin, b’penali fuq dewmien. Artist ma jistax jibqa’ jitpoġġa f’sitwazzjonijiet diffiċli għax jibqa’ jistenna xhur biex jitħallas għal xogħol li jkun diġà ta, ippreżenta jew wassal. Biex verament is‑settur jitqies realtà professjonali u ekonomika, iridu jiġu applikati l‑istess standards bħall‑kumplament tad‑dinja kummerċjali ‑ inkluż interessi fuq pagamenti li jsiru tard.

09. Performance audit dwar l‑operat tal‑Kunsill Malti għall‑Art

Inniedu performance audit dwar l‑operat tal‑Kunsill Malti għall‑Arti, partikolarment dwar kif jiġu pproċessati l‑proposti, kif jiġu ttrasferiti l‑fondi u dwar il‑potenzjal għas‑simplifikazzjoni tal‑burokrazija u tal‑informazzjoni mitluba.

10. Appoġġ lill‑pubblikaturi Maltin

Nirrikonoxxu l‑industrija tal‑ktieb bħala pilastru kulturali essenzjali għall‑ilsien Malti, il‑ktieb Malti, ir‑riċerka u l‑memorja nazzjonali, u mill‑ewwel xhur nidħlu fi djalogu dirett mal‑pubblikaturi Maltin biex infasslu pakkett konkret ta’ għajnuniet biex itaffi l‑kriżi serja li qed jiffaċċjaw il‑pubblikaturi Maltin, minħabba f’suq żgħir ħafna ta’ kotba, suq bilingwu u pressjonijiet internazzjonali. Ir‑responsabbiltà ministerjali tal‑Kunsill Nazzjonali tal‑Ktieb tgħaddi taħt il‑Ministeru tal‑Arti u l‑Kultura.

11. Appoġġ lill‑artisti fl‑era tal‑AI u l‑copyright

Se nipprovdu taħriġ u għodod prattiċi lill‑artisti biex jifhmu u jimmaniġġjaw l‑impatt tal‑AI fuq xogħolhom. Se nsaħħu l‑għarfien dwar id‑drittijiet tal‑awtur, il‑liċenzjar u l‑protezzjoni diġitali, u nippromwovu mekkaniżmi li jiżguraw li l‑kreattivi jibbenefikaw ġustament mill‑użu tax‑xogħol tagħhom.

12. Tax Credits għall‑arti, il‑kultura u l‑filantropija

Se nintroduċu kreditu tat‑taxxa nazzjonali għall‑arti, il‑kultura u l‑filantropija li jipprovdi kreditu tat‑taxxa ta’ 30% tal‑valur ta’ kontribuzzjonijiet eliġibbli mogħtija lil organizzazzjonijiet tal‑arti reġistrati, istituzzjonijiet kulturali, NGOs, u organizzazzjonijiet volontarji. Il‑kreditu japplika kemm għal donazzjonijiet finanzjarji kif ukoll għal kontribuzzjonijiet, inkluż għal servizzi professjonali u ħin volontarju vvalutat b’rata fis‑siegħa ddikjarata, sa limitu annwali ta’ €50,000 għal kull donatur.

kontenut

Trasparenza u meritokrazija

Trasparenza u meritokrazija

13. Bord indipendenti għall‑finanzjament kulturali

Inwaqqfu bord indipendenti għall‑finanzjament kulturali bi proċessi trasparenti, kriterji pubbliċi u l‑pubblikazzjoni tar‑riżultati, biex il‑fondi jitqassmu skont il‑mertu u tonqos il‑perċezzjoni li dejjem jibbenefikaw l‑istess nies u l‑istess ċrieki.

14. Sejħiet pubbliċi għal karigi kulturali

Karigi ta’ tmexxija, kurazzjoni u direzzjoni f’entitajiet kulturali pubbliċi għandhom jimtlew b’sejħiet pubbliċi, kriterji professjonali u skrutinju serju, biex il‑governanza kulturali tkun mibnija fuq kompetenza u mhux fuq qrubija jew konvenjenza politika.

15. Rotazzjoni fil‑bordijiet ta’ evalwazzjoni

Nintroduċu rotazzjoni obbligatorja fil‑bordijiet ta’ evalwazzjoni ta’ grants, commissions u akkwisti kulturali, biex jonqos il‑konċentrament tal‑influwenza, tiżdied il‑fiduċja pubblika u jinħoloq level playing field reali għas‑settur kollu.

16. Reġistru pubbliku tal‑fondi kulturali

Noħolqu reġistru online li juri kull għotja, direct order, commission jew xiri pubbliku fil‑kultura u l‑arti, flimkien mal‑ammont, il‑kriterji u l‑evalwazzjoni. Napplikaw l‑istess prinċipju ta’ trasparenza li hu applikat għall‑benefiċjarji tal‑Fondi Ewropej. Il‑flus pubbliċi fil‑kultura jridu jkunu viżibbli u kontabbli daqs kull investiment ieħor tal‑Istat.

Edukazzjoni artistika u ż‑żgħażagħ

Edukazzjoni artistika u ż‑żgħażagħ

17. STEAM ‑ l‑evoluzzjoni naturali minn STEM

L‑investiment fi STEAM, kif spejgat fil‑kapitlu dwar l‑edukazzjoni f’dan il‑programm, ikun qabża oħra ta’ kwalità, iħares lejn orizzonti ġodda u jkompli jibni fl‑istrateġija tagħna għall‑importanza li nagħrfu fl‑iSTEM. Dan jippermetti li Malta tintegra l‑kreattività u l‑arti fix‑xjenza u t‑teknoloġija, biex b’hekk l‑istudenti jiżviluppaw il‑ħiliet innovattivi u l‑ħsieb kritiku meħtieġa għas‑suċċess fl‑ekonomija kreattiva moderna.

18. L‑arti fil‑qalba tal‑edukazzjoni

Nirrendu l‑edukazzjoni artistika pilastru u parti integrali tas‑sistema edukattiva u l‑kurrikulu, b’aktar allokazzjoni ta’ ħin, aktar kwalità u aktar viżjoni lejn il‑mużika, it‑teatru, l‑arti viżiva, id‑disinn u l‑kitba kreattiva bħala elementi indispensabbli fl‑iżvilupp ħolistiku tat‑tfal tagħna. Il‑kreattività mhix extra; hija ħila li tgħin lill‑persuna tuża bl‑aħjar mod dak kollu li taf u li kapaċi tagħmel. Hija ħila essenzjali għall‑futur tal‑pajjiż. Nippromwovu l‑użu tal‑attività artistika u kreattiva tat‑tfal bħala parti mill‑evalwazzjoni psiko‑soċjali tagħhom fejn din tkun meħtieġa.

19. Boroż u inċentivi għal studji artistiċi

Noħolqu fond ta’ €2 miljuni fil-Malta Arts Scholarship Scheme għal boroż ta’ studju u inċentivi marbuta mal‑mertu għal studenti li jagħżlu korsijiet artistiċi, kulturali u tekniċi relatati mal‑industriji kreattivi, biex aktar żgħażagħ Maltin jagħmlu kuraġġ jibnu karriera serja f’dan is‑settur. Invaraw sistema ta’ grants għaż‑żgħażagħ biex ngħinuhom jattendu workshops, esperjenzi, korsijiet qosra, u master classes f’Malta jew barra

20. Faċilitajiet professjonali għall‑MVPA u istituzzjonijiet speċjalizzati

Ninvestu f’faċilitajiet professjonali għall‑Malta Visual and Performing Arts School u istituzzjonijiet oħra f’Malta u Għawdex, inkluża sala attrezzata għall‑wirjiet u l‑kunċerti, studios u spazji għall‑prattika, biex l‑istudenti jitħarrġu f’ambjent li jispira lejn professjonaliżmu u livelli għolja.

21. Apprentistat kulturali mħallas

Insaħħu l‑iskema tal‑apprentistati u noħolqu skema ta’ placements imħallsa ma’ teatri, mużewijiet, orkestri, produzzjonijiet, studios u festivals fost l‑oħrajn, biex iż‑żgħażagħ jingħataw mentoring u jidħlu fis‑settur b’esperjenza reali fid‑dinja tax‑xogħol kreattiv.

22. Żvilupp ta’ ħiliet tekniċi u backstage

Se ninvestu f’taħriġ strutturat għall‑ħiliet tekniċi (production, lighting, sound u crew) biex inkunu dejjem aktar awto‑suffiċjenti. Se noħolqu qafas ċar biex jinħolqu karrieri u nsaħħu l‑kollaborazzjoni bejn l‑edukazzjoni u l‑industrija.

Infrastruttura kulturali u spazji kreattivi

Infrastruttura kulturali u spazji kreattivi

23. Akkademja Nazzjonali tal‑Arti

Malta hija mogħnija b’talent artistiku li jiżboq bil‑qawwa d‑daqs ta’ pajjiżna u l‑popolazzjoni tagħhna. Inwaqqfu l‑Akkademja Nazzjonali tal‑Arti ta’ Malta bħala istituzzjoni ta’ eċċellenza b’aspirazzjonijiet ta’ konservatorju internazzjonali, b’faċilitajiet professjonali u studios attrezzati li jippermettu lil dan it‑talent lokali kbir li għandna jitħarreġ fl‑ogħla livell. Din l‑Akkademja għandha tkun integrata mal‑ekosistema kulturali Maltija biex tgħaqqad l‑edukazzjoni speċjalizzata mal‑produzzjoni u l‑industrija kreattiva, filwaqt li toffri mogħdijiet ċari minn livell sekondarju sa livelli ta’ tagħlim u riċerka avvanzata. Permezz ta’ governanza awtonoma u investiment f’ boroż ta’ studju u assistenza oħra, l‑Akkademja sservi bħala l‑mutur ewlieni biex l‑iżvilupp tat‑talent Malti ma jibqax frammentat imma jissaħħaħ biex isir pilastru tal‑ekonomija kreattiva nazzjonali.

24. Network ta’ rehearsal spaces

Noħolqu network ta’ spazji aċċessibbli bi prezzijiet raġonevoli ‑ anke ma’ realtajiet privati jew volontarji ‑ li jkunu jistgħu jintużaw għall‑provi, il‑ħolqien u l‑produzzjoni fil‑lokalitajiet, speċjalment għal artisti ġodda u għaqdiet żgħar. L‑għoli tal‑kera ma jistax jibqa’ jeqred il‑kreattività qabel tinbet.

25. Spazju Kreattiv imsaħħaħ u verament miftuħ

Nibbilanċjaw mill‑ġdid il‑prijoritajiet u l‑modus operandi taċ‑ċentri kulturali pubbliċi biex ikunu aktar miftuħa, aċċessibbli u għas‑servizz tal‑artisti lokali, bi programmazzjoni aktar bilanċjata, appoġġ akbar għall‑kreattività u użu aktar effiċjenti tar‑riżorsi.

26. Marsa Arts and Culture Hub għall‑Karnival

Nassiguraw li l‑Arts and Culture Hub fil‑Marsa jibda u jitlesta mingħajr aktar dewmien, biex min jaħdem għall‑Karnival ikollu spazju sigur, adegwat u professjonali għall‑bini, ħażna, taħriġ u kreattività tul is‑sena kollha. Bi ħsieb u l‑kollaborazzjoni, dan il‑hub għandu l‑potenzjal li jsir attrazzjoni turistika tul is‑sena kollha, u dan jista’ jiġġenera qligħ għal dawn ir‑realtajiet kulturali.

Mużewijiet, wirt u memorja nazzjonali

Mużewijiet, wirt u memorja nazzjonali

27. Dar xierqa għall‑Arkivji Nazzjonali

Nagħtu lill‑Arkivji Nazzjonali f’Malta u f’Għawdex post modern, sigur u aċċessibbli u spazju adegwat li jixraq lill‑memorja tal‑pajjiż — faċilitajiet ddisinjati skont il‑ħtiġijiet speċifiċi tal‑konservazzjoni u l‑aċċessibiltà tad‑dokumenti storiċi u patrimonju kulturali. L‑Arkivju Nazzjonali huwa r‑riżerva tal‑memorja kollettiva tal‑poplu Malti — l‑identità tagħna, l‑istorja tagħna, u l‑wirt li rridu ngħaddu lill‑ġenerazzjonijiet li ġejjin. Huwa wkoll garanzija tad‑dritt taċ‑ċittadin li jkun jaf kif pajjiżna jkun immexxi u għodda ewlenija għat‑trasparenza u l‑kontabilità fl‑amministrazzjoni pubblika.

28. Partnership b’saħħtu mal‑privat u l‑volontarjat

Nintroduċu level playing field bejn mużewijiet statali, privati u dawk immexxija minn NGOs, biex tinbena ekosistema waħda ta’ mużewijiet f’Malta. Insostnu b’Public Private Partnerships lil dawk il‑mużewijiet li joperaw b’mod attiv u b’rilevanza għas‑settur turistiku u l‑iżvilupp kulturali ta’ pajjiżna.

29. Qabża ta’ kwalità fil‑konservazzjoni

Noħolqu fond dedikat u servizzi ta’ appoġġ għal mużewijiet privati, parrokkjali u volontarji, inkluż taħriġ, konsulenza dwar konservazzjoni u restawr, u addattament għat‑tibdil fil‑klima, biex min qed jgħin ħalli l‑wirt storiku ma jibqax jiddependi biss fuq l‑Istat jiġi sostnut, u jingħata valur ġdid ’il‑kontribut tas‑soċjetà ċivili.

30. Restawr u esebizzjoni ta’ arti sagra Maltija

Inniedu programm għar‑restawr, dokumentazzjoni u esebizzjoni ta’ arti sagra Maltija fil‑knejjes u mużewijiet, b’kollaborazzjoni mal‑Knisja u l‑esperti, biex dan il‑wirt isir aktar viżibbli, aċċessibbli u protett. Il‑programm jieħu ħsieb ukoll jiddokumenta materjal li jinsab f’kollezzjonijiet privati jekk ikun jogħġob lis‑sidien.

31. Standards ġodda għall‑kurazzjoni u l‑konservazzjoni

Nintroduċu standards professjonali ogħla għall‑kurazzjoni, il‑konservazzjoni u l‑ġestjoni tal‑kollezzjonijiet pubbliċi, biex il‑wirt nazzjonali jiġi mmaniġġjat b’aktar serjetà, kompetenza u rispett lejn l‑artisti, ir‑riċerkaturi u l‑pubbliku.

32. Il‑patrimonju tagħna

Nassiguraw il‑ħarsien tal‑patrimonju storiku ta’ pajjiżna permezz ta’ Awtorità u ta’ Sovrintendenza tal‑Patrimonju li jkunu tassew awtonomi u indipendenti, u li jaqdu l‑għan ewlieni tagħhom, kif stabbilit bil‑liġi. Waqt li jinżamm il‑bilanċ bejn l‑istoriku u l‑modern jeħtieġ li s‑Sovrintendenza tal‑Patrimonju Kulturali tiżgura l‑protezzjoni u l‑aċċessibilità ta’ siti u bini storiku u li tagħmel xogħolha fir‑rigward tal‑istatus ta’ siti ta’ wirt dinji tal‑UNESCO.

33. Appoġġ u sostenn lill‑NGOs

Nagħtu aktar widen, appoġġ u sostenn lill‑NGOs li jaħdmu fis‑settur tal‑wirt kulturali bi sħubija aktar wiesgħa bejn l‑entitajiet tal‑Istat u l‑volontarjat.

Produzzjoni tal‑films, xandir u kontenut Malti

Produzzjoni tal‑films, xandir u kontenut Malti

34. Riforma fil‑Malta Film Commission

Nirristrutturaw il‑Malta Film Commission b’Film Commissioner u żewġ deputati: wieħed għall‑produzzjonijiet barranin u wieħed għall‑produzzjonijiet lokali. Dan ikun iktar iffukat, b’aktar koordinazzjoni u aktar ġustizzja bejn l‑attrazzjoni tal‑investiment u l‑iżvilupp tat‑talent Malti.

35. Separazzjoni ċara bejn regolatur u operatur

Nassiguraw separazzjoni ċara bejn ir‑rwol tal‑Film Commission bħala regolatur u faċilitatur, u l‑operat dirett tal‑faċilitajiet tal‑films. Min jirregola s‑settur m’għandux fl‑istess ħin ikun kompetitur jew service provider fih, biex tissaħħaħ it‑trasparenza u l‑accountability.

36. One‑stop shop għall‑permessi u l‑koordinazzjoni

Noħolqu sistema one‑stop shop għall‑permessi, loġistika u koordinazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi, b’liaison officers identifikati u skadenzi ċari. Dan inaqqas id‑dewmien, itejjeb l‑effiċjenza u jagħmel lil Malta aktar serja kemm għal produzzjonijiet lokali kif ukoll internazzjonali. F’każijiet ta’ produzzjonijiet kbar, ikun appuntat Dedicated Liaison Officer mill‑Kummissjoni għalihom u jkun il‑punt ta’ kuntatt għal dak kollu li għandu x’jaqsam mas‑Servizz Pubbliku.

37. Screen support iffukat aktar fuq is‑servizzi u t‑talent Malti

Nirriformaw l‑inċentivi tal‑films biex jagħtu prijorità lill‑below‑the‑line expenditure fuq servizzi lokali, u jippremjaw above‑the‑line talent kreattiv Malti. Il‑flus pubbliċi għandhom isaħħu l‑ekosistema Maltija, il‑crews, il‑kreattivi u l‑valur li jibqa’ fil‑pajjiż.

38. Xandir nazzjonali li jkun sieħeb attiv

Ix‑xandir nazzjonali għandu jsaħħaħ il‑promozzjoni u d‑distribuzzjoni ta’ produzzjonijiet Maltin. Xandir pubbliku modern għandu jkun sieħeb attiv fit‑tkabbir tal‑kontenut Malti, mhux sempliċement pjattaforma passiva.

39. MCAST u taħriġ marbut mas‑sett u ċ-ċinematografija

Insaħħu r‑rabta bejn il‑Film Commission, MCAST, istituzzjonijiet edukattivi oħrajn, u l‑industrija biex studenti u ħaddiema ġodda jkollhom taħriġ prattiku, placements u mentoring dirett fuq is‑sett. Malta trid tibni qafas b’saħħtu u kontinwu ta’ riżorsi, technicians u professjonisti Maltin, mhux tiddependi dejjem minn barra.

40. Faċilitajiet finanzjarji għall‑industrija tal‑film

Naħdmu ma’ istituzzjonijiet finanzjarji biex jinħolqu prodotti mfassla għall‑industrija tal‑film, fosthom bridge finance u strumenti adattati għal cashflow ibbażat fuq productions. Setturi b’potenzjal għoli ma jistgħux jibqgħu mwaħħlin għax is‑sistema finanzjarja mhix mibnija għalihom.

41. Standards professjonali u sigurtà fuq is‑sett

Nintroduċu standards fuq professional conduct, rispett fuq il‑post tax‑xogħol, health and safety u prattiċi responsabbli fuq is‑settijiet tal‑films u produzzjonijiet awdjoviżivi. Industrija li trid tikber b’saħħitha trid tagħti prijorità kemm lill‑kwalità tax‑xogħol kif ukoll lid‑dinjità tal‑ħaddiem.

42. Soundstage u post‑production facilities

Nimpenjaw ruħna li nikkonkludu il-proġett għal soundstage modern u faċilitajiet professjonali ta’ post‑production, editing, sound u VFX, biex Malta ma tibqax limitata minn nuqqas ta’ infrastruttura bażika u tkun tista’ toffri aktar xogħol ta’ kwalità lill‑professjonisti Maltin.

43. Kontenut Malti aktar viżibbli u distribwit aħjar

Insaħħu l‑preżenza ta’ films, dokumentarji, drama u kontenut awdjoviżiv Malti fuq ix‑xandir u pjattaformi oħra, b’appoġġ għall‑iżvilupp, distribuzzjoni u promozzjoni. Kontenut Malti ma jistax jibqa’ jsir bil‑qalb u jintilef għax ma jasalx għand in‑nies.

44. Skema Maltija għall‑ħaddiema tal‑ispettaklu fuq kuntratti qosra

Nintroduċu skema Maltija mmirata għall‑ħaddiema fil‑film, xandir u spettaklu, biex artisti u technicians b’kuntratti qosra u impjieg mhux kontinwu jkollhom sostenn bejn produzzjoni u oħra, skont sigħat jew ġranet eliġibbli u kontribuzzjonijiet imħallsa.

Arti fil‑komunità u kultura għal kulħadd

Arti fil‑komunità u kultura għal kulħadd

45. Arti fil‑komunità

Nespandu programmi fejn it‑teatru, il‑mużika, l‑arti u l‑letteratura jkunu fil‑lokalitajiet, djar residenzjali, sptarijiet, skejjel u spazji pubbliċi, biex il‑kultura tkun preżenti fejn jgħixu n‑nies u mhux biss fejn diġà hemm l‑infrastruttura. Proposti għall‑finanzjament pubbliku jingħataw kunsiderazzjoni ogħla jekk jipproponu li jikkontribwixxu għal din il‑mira.

46. Bl‑arti tgħix aħjar

Nintroduċu programmi pilota ta’ arti u wirt għal kwalità ta’ ħajja aħjar, b’kollaborazzjoni mas‑servizzi tas‑saħħa u dawk soċjali, biex il‑kultura tintuża wkoll kontra l‑iżolament, l‑ansjetà u sfidi oħra ta’ saħħa mentali u stigma soċjali.

47. Aċċessibbiltà u kultura għal kulħadd

Nagħmlu l‑aċċessibbiltà standard bażiku f’teatri, mużewijiet, festivals u programmi kulturali, inkluż signed performances, relaxed sessions, subtitles, diġitalizzazzjoni u adattamenti oħra, biex il‑kultura tassew tkun għal kulħadd.

48. Pass ‘Kultura Nazzjonali’

Ngħaqqdu taħt Pass ‘Kulturali Nazzjonali’ wieħed il‑mużewijiet, it‑teatri, il‑festivals, iċ‑ċinema kulturali u spazji artistiċi oħra, b’benefiċċji mmirati għall‑anzjani u l‑familji, biex l‑aċċess għall‑kultura ma jibqax maqsum bejn skemi separati u limitati. Nippremjaw lil min joffri opportunitajiet kulturali lill‑komunità b’xejn.

49. Diplomazija kulturali u relazzjonijiet internazzjonali

Se nfasslu Strateġija Nazzjonali għad‑Diplomazija Kulturali biex insaħħu l‑preżenza ta’ Malta barra minn xtutna. Se nappoġġjaw mobilità tal‑artisti, co‑productions u networks internazzjonali, u nallinjaw l‑isforzi kulturali mal‑politika barranija biex noħolqu opportunitajiet ġodda għall‑kreattivi Maltin.

Tradizzjonijiet u delizzji fil‑lokalitajiet tagħna

Tradizzjonijiet u delizzji fil‑lokalitajiet tagħna

50. Ċentri ta’ tradizzjonijiet u delizzji f’kull lokalità

Noħolqu Ċentri ta’ Tradizzjonijit u Delizzji f’kull lokalità, bl‑użu ta’ binjiet pubbliċi, skejjel wara l‑ħin u spazji rriġenerati, biex nies ta’ kull età jkollhom post aċċessibbli. Dawn ikunu aċċessibbli wkoll għall‑għaqdiet

51. Għotjiet u korsijiet irħas għad‑delizzji

Nintroduċu skema ta’ microgrants għal korsijiet qosra għall‑għaqdiet, żgħażagħ, familji u anzjani fid‑delizzji, l‑arti, u l‑ħiliet diġitali, biex id‑delizzji jsiru opportunità għal kulħadd.

52. Skema ta’ assigurazzjoni għall‑voluntiera

Nintroduċu Volunteer Insurance Scheme biex voluntiera f’NGOs, għaqdiet kulturali u tradizzjonali jkollhom kopertura bażika waqt il‑ħidma tagħhom. Tingħata prijorità lill‑oqsma b’riskju ogħla u lill‑għaqdiet li jwettqu servizz reali fil‑komunità.

53. Tnaqqis tal‑burokrazija għall‑għaqdiet volontarji

Naħdmu biex innaqqsu l‑piż amministrattiv u nneħħu l‑burokrazija żejda fuq każini tal‑baned, kumitati tal‑festi, gruppi tal‑Karnival, NGO’s u għaqdiet folkloristiċi, b’templates standard, one‑stop support u assistenza teknika, biex il‑volontarjat ma jinqeredx taħt karti u proċeduri bla bżonn.

54. Fond għall‑manutenzjoni u s‑sigurtà tal‑każini u premises tal‑għaqdiet

Noħolqu fond immirat għall‑każini tal‑baned u għaqdiet volontarji biex jinvestu fis‑sigurtà, l‑aċċessibbiltà, il‑konservazzjoni tal‑arkivji u l‑faċilitajiet tagħhom, ħalli dawn iċ‑ċentri jibqgħu qalb ħajja tal‑komunità u mhux piż li ma jibqgħux jifilħu għalih.

55. Programm ta’ ħarsien għall‑wirt intanġibbli

Nsaħħu programm biex jiġu dokumentati, mgħallma u mgħoddija tradizzjonijiet bħall‑festi u kull ma jagħmilhom; il‑marċi, il‑baned, il‑piroteknika, il‑folklor, il‑ħlewwiet tradizzjonali, l‑ikel, l‑artiġġjanat u s‑snajja’ lokali, biex ma jaslu qatt fil‑periklu li jintilfu.

56. One‑stop shop għall‑amministrazzjoni tal‑festi u attivitajiet kbar

Naċċertaw li l-one-stop shop għall-festi Maltin u Għawdxin jiffunzjona verament, u nestenduħ għal attivitajiet kbar oħra, biex permessi, koordinazzjoni, infurzar, sigurtà, tindif u proċessi amministrattivi jingħataw minn sors wieħed. Dan inaqqas il‑burokrazija, iħaffef il‑proċess u jagħti aktar serħan il‑moħħ lill‑għaqdiet volontarji.

57. Skema ta’ mħażen għall‑festi

Inniedu skema biex jinħolqu mħażen għall‑għaqdiet parrokkjali u volontarji, b’kera sussidjata u standards ċari.

Niżżel il-PDF

Programm Elettorali

Agħżel kapitlu
Kapitli oħra
Kultura u Arti
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.