Mobbiltà, Infrastruttura u Ppjanar

Nifs ġdid biex tieħu ħinek lura

Il‐mument li toħroġ fit‐triq taf li se tiffaċċja traffiku, kongestjoni għal ħin twil, dħaħen u ħela ta’ ħin. Il‐Gvern ġabek f’sitwazzjoni fejn ma tistax tippjana kemm għandek bżonn ħin biex tmur għax‐xogħol, biex twassal it‐tfal l‐iskola jew biex toħroġ tgawdi l‐ħin ħieles. Kull sena l‐problema żdiedet u m’għamel xejn biex isolviha. Il‐mira tagħna hi ċara: irridu pajjiż fejn il‐moviment ma jibqax piż fuq il‐ħajja ta’ kuljum, iżda jsir parti minn Malta li taħdem aħjar. Pajjiż fejn inti tasal fil‐ħin, tieħu nifs nadif u jkollok aktar ħin għall‐familja, għall‐mistrieħ u għall‐ħajja tiegħek.

It‐traffiku sar taxxa fuq ħajjitna. Fuq ħajtek.

Mhuwiex biss inkonvenjent ta’ filgħodu u filgħaxija. It‐traffiku hu telf ta’ ħin, telf ta’ produttività, telf ta’ serħan il‐moħħ u tnaqqir fil‐kwalità tal‐ħajja. Malta ma tistax tibqa’ tittratta t‐traffiku bħala problema ta’ toroq, junctions u parkeġġ biss. Din hi sfida nazzjonali li teħtieġ risposta nazzjonali.

Fl‐elezzjonijiet li għaddew – tal‐2013, l‐2017, l‐2022 u issa fl‐2026 il‐Partit Laburista tak l‐impressjoni li se jsolvi l‐problema. Minflok prova jindirizza l‐problema bi slogans, reklami, artistic impressions u b’soluzzjonijiet limitati. Illum il‐problema saret ferm akbar. Il‐popolazzjoni kibret, in‐numru ta’ vetturi kompla jitla’, u t‐toroq baqgħu riżorsa fiżika limitata. Għalhekk ma nistgħux nibqgħu nippretendu li l‐istess għodod tal‐bieraħ jistgħu jsolvu kriżi li llum hi ferm aktar kumplessa u urġenti.

Pjan ta' Azzjoni Insarrfu kelmitna f’sistema li tagħtik ħinek lura

Il‐pjan ta’ azzjoni li qed nipproponu hi li jkollna sistema waħda ta’ mobbiltà li taħdem għall‐ħajja vera tan‐nies. Dan ma jfissirx proġett wieħed waħdu, iżda arkitettura nazzjonali li tgħaqqad flimkien it‐trasport rapidu tal‐massa, it‐trasport pubbliku, il‐parkeġġi, il‐mobility hubs, il‐ferries, it‐trasport tal‐ħaddiema u tal‐istudenti, il‐coaches, it‐taxis u sistemi moderni ta’ mmaniġġjar tat‐traffiku.

Il‐bidla fundamentali hi din: minn pajjiż li jipprova jdeffes iżjed traffiku fl‐istess toroq nersqu lejn pajjiż li joħloq kapaċità ġdida tat‐trasport barra mill‐pressjoni tat‐toroq eżistenti. Meta sistema tkun laħqet il‐limitu tagħha, il‐problema ma ssolvihiex billi tkompli tagħfas u tagħsar. Issolviha billi toħloq sistema ġdida li taħdem aħjar.

Għalhekk il‐Mass Rapid Transport System tkun is‐sinsla. U madwarha nibnu sistema sħiħa: feeder routes, park & ride, mobility hubs, servizzi aktar frekwenti, karreġġjati prijoritarji intelliġenti, tidal lanes, trasport pubbliku aktar affidabbli, u għodod diġitali li jgħinu lin‐nies jippjanaw il‐vjaġġ tagħhom b’mod faċli.

Aħna ma nemmnux li n‐nies għandhom jiġu kkastigati talli jużaw il‐karozza. Għal ħafna familji l‐karozza saret neċessità għax il‐pajjiż ma tahomx alternattiva aħjar. Għalhekk il‐bidla trid tibda billi noħolqu għażla li taħdem, li tasal fil‐ħin, li tkun komda, li tkun sigura u li tista’ tistrieħ fuqha kuljum.

Il‐pjan hu ċar: sistema ta’ mobbiltà moderna, integrata u affidabbli li tagħti lura l‐ħin lin‐nies. Sistema li tnaqqas l‐istress lill‐ħaddiema u tnaqqas il‐pressjoni fuq il‐komunitajiet.

Sistema moderna li ttejjeb ukoll il‐kwalità tal‐arja, li tgħin lis‐sidien tan‐negozji jaħdmu b’aktar effiċjenza, u li tgħin biex tikber l‐ekonomija għax illum id‐dewmien fit‐toroq qed ifisser spiża akbar fuq in‐negozju. Sistema li tagħmel lil Malta pajjiż aktar kompetittiv, aktar nadif u aktar komdu fejn tgħix.

Malta għandha bżonn il‐kuraġġ, id‐direzzjoni u t‐twettiq fil‐prattika. Għandha bżonn sistema tat‐trasport li taqbel mal‐ambizzjoni ta’ pajjiż Ewropew modern. Sistema tat‐trasport li tagħtik nifs.

Aktar Proposti

Immaniġġjar tat‐trasport

12. Karreġġjati prijoritarji vera għall‐karozzi tal‐linja u t‐trasport kollettiv

Noħolqu karreġġjati prijoritarji vera fl‐aktar rotot iffullati, b’tidal priority lane management modern, traffic lights intelliġenti u infurzar diġitali effettiv, biex ix‐xarabanks u mezzi oħra tat‐trasport kollettiv jimxu b’aktar regolarità u affidabbiltà. Meta jkun operattivament ġustifikat, dawn il‐kurituri jintużaw ukoll minn servizzi kollettivi awtorizzati li jnaqqsu volum sostanzjali ta’ karozzi mit‐triq, speċjalment lejn ċentri tax‐xogħol, hubs u avvenimenti kbar.

13. Hubs lokali tal‐mobbiltà

Nibnu network ta’ mobility hubs qrib ċentri urbani, skejjel, sptarijiet u żoni tax‐xogħol, b’bus interchange, lockers, bike parking, u spazju għal servizzi kondiviżi. Dawn il‐hubs ikunu l‐punti ta’ konnessjoni li jdawru l‐mass transport f’sistema nazzjonali sħiħa, ħalli l‐vjaġġ ikun kontinwu b’organizzazzjoni aħjar tal‐bidliet bejn mezz u ieħor.

14. Hubs miftuħa wkoll għall‐coaches u għall‐operaturi lokali liċenzjati

Niżguraw li hubs strateġiċi, inkluż l‐ajruport, il‐park & rides u punti ewlenin ta’ interchange, jinfetħu wkoll għall‐coaches u l‐operaturi lokali liċenzjati meta dan ikun kompatibbli mas‐sigurtà u l‐effiċjenza tas‐servizz. Sistema nazzjonali serja tal‐mobbiltà ma tistax tibqa’ tagħlaq il‐bieb għal mezzi li diġà jistgħu jnaqqsu karozzi mit‐triq u joffru konnettività effettiva lil żoni tax‐xogħol, turiżmu u avvenimenti.

15. Feeder services minn lokalitajiet residenzjali

Permezz ta’ konnessjoni ġdida mas‐servizzi ta’ tal‐linja, nintroduċu feeder services frekwenti b’vetturi iżgħar li jgħaqqdu ż‐żoni residenzjali mal‐hubs ewlenin u mal‐istazzjonijiet futuri tat‐trasport tal‐massa. Mhux kulħadd jgħix qrib arterja prinċipali u għalhekk il‐konnettività trid tibda mill‐bieb tad‐dar biex is‐sistema l‐ġdida tkun tassew tista’ tintuża mill‐familji, l‐anzjani, l‐istudenti u l‐ħaddiema f’kull lokalità.

16. Skema ta’ group transport

Nagħtu qafas ċar u modern biex l‐operaturi liċenzjati joffru group transport ljen il‐fabbriki, l‐uffiċini, l‐iskejjel, lill‐anzjani, il‐business parks, il‐lukandi u l‐komunitajiet. Hekk innaqqsu b’mod konkret l‐għadd ta’ vetturi b’persuna waħda fit‐triq u nagħtu alternattiva prattika lill‐pajjiż biex jorganizza aħjar il‐vjaġġi ta’ kuljum.

17. Pjattaforma diġitali għall‐ibbukkjar tat‐trasport tal‐ħaddiema

Noħolqu pjattaforma diġitali fil‐livell biex il‐kumpaniji, il‐lukandi, il‐business parks, iż‐żoni industrijali u l‐operaturi liċenzjati jkunu jistgħu jorganizzaw b’mod effiċjenti trasport kollettiv tal‐impjegati. Din tagħmilha possibbli li tlaħħaq mad‐domanda, ir‐rotot jiġu ottimizzati u s‐servizz isir aktar affidabbli, b’inqas ħela ta’ spazju fil‐vetturi u b’inqas pressjoni fuq in‐network tat‐toroq.

18. Inċentivi fiskali għal min jnaqqas il‐karozzi mit‐triq

Nagħtu krediti fiskali lill‐kumpaniji li jorganizzaw trasport kollettiv għall‐impjegati tagħhom jew li jagħmlu ftehim ma’ operaturi liċenzjati għal trasport kollettiv organizzat. Lil min inaqqas il‐vetturi mit‐toroq, il‐pressjoni minn fuq l‐ispazji tal‐parkeġġ u l‐konġestjoni fl‐agħar ħinijiet, għandna nippremjawh b’mod konkret u dirett.

19. Trasport kollettiv għall‐għalliema, l‐edukaturi u l‐istudenti postsekondarji u terzjarji

Nestendu skemi biex l‐istituzzjonijiet postsekondarji u terzjarji jorganizzaw trasport kollettiv għall‐impjegati u l‐istudenti. Il‐politika pubblika trid tagħmel it‐trasport tajjeb biżżejjed biex iż‐żgħażagħ ma jibdewx jaraw il‐liċenzja u l‐karozza privata bħala l‐unika mezz realistiku lejn il‐postijiet tal‐edukazzjoni u x‐xogħol.

20. Obbligu ta’ pjanijiet għall‐ivvjaġġar lejn l‐iskejjel

Kull skola kbira jkollha pjan għall‐ivvjaġġar lejn l‐iskola approvat, b’miżuri ċari dwar l‐użu tat‐trasport lejn l‐iskola, it‐trikkib u t‐tniżżil tal‐istudenti, u koordinazzjoni mal‐lokalità. Fejn il‐konġestjoni tkun kritika, indaħħlu arranġamenti ta’ monitoraġġ xierqa biex l‐istess skejjel ma jibqgħux jikkontribwixxu għal aktar traffiku fl‐istess ħin kuljum.

21. Regoli ġodda dwar iż‐żoni tat‐trikkib u t‐tniżżil tal‐istudenti

Għall‐iskejjel fiż‐żoni li jġarrbu konġestjonijiet qawwijin fil‐viċinanza, indaħħlu sistemi aktar effiċjenti, siguri u infurzabbli għat‐trikkib u t‐tniżżil tal‐istudenti, b’ħinijiet, spazji u regoli ċari. Fejn hemm trasport skolastiku effettiv, il‐politika tistinka biex tnaqqas l‐użu bla bżonn tal‐karozza privata fl‐agħar ħinijiet tan‐network tat‐traffiku.

22. Qafas ġust u favur in‐negozju għall‐operaturi lokali ta’ trasport kollettiv

Nirrevedu r‐regoli operattivi u amministrattivi li jolqtu lill‐operaturi lokali, inkluż l‐aċċess għall‐hubs, l‐użu tal‐infrastruttura komuni u l‐kundizzjonijiet regolatorji li joħolqu żvantaġġ bla bżonn. Minbarra ekosistema waħda tat‐trasport, irridu wkoll ambjent ekwu li jikkunsidra l‐kontribut tal‐operaturi Maltin u li jħeġġeġ kompetizzjoni sana u servizz aħjar.

23. Riforma fil‐permessi tal‐ħaddiema u fil‐ħiliet tas‐settur

Inħaffu b’mod serju l‐proċessi relatati mal‐permessi, il‐bidliet fl‐impjiegi, u l‐amministrazzjoni tal‐ħaddiema fis‐settur tat‐trasport kollettiv, u nfasslu pjan dwar il‐ħilie u ż‐żamma tal‐ħaddiema. Pajjiżna jeħtieġ jistrieħ aktar fuq it‐trasport kollettiv u għalhekk irid jiżgura li dan is‐settur jista’ iħaddem, iżomm il‐ħaddiema, u jopera b’mod sostenibbli u mingħajr dewmien li jfixkel l‐operat u jżid il‐pressjoni fuq it‐toroq.

24. Aġġornamenti tal‐park & ride bħala parti mis‐sistema l‐ġdida

Nibdlu l‐park & ride minn spazji passivi għal ċentri attivi marbuta mat‐trasport tal‐massa, il‐karozzi tal‐linja, il‐coaches u l‐feeder services. Park & ride ikun effettiv jekk jirnexxilu jneħħi l‐karozzi mit‐toroq qabel jidħlu fil‐qalba tan‐network iffullat, u mhux sempliċiment jilqa’ aktar traffiku qrib iċ‐ċentri urbani.

25. Hybrid‐remote working fis‐Servizz Pubbliku

Inwettqu mudell ġdid ta’ hybrid‐remote working fis‐Servizz Pubbliku bbażat fuq sistema ta’ 40% tax‐xogħol mid‐dar u 60% mill‐uffiċċju, u hot desking li tuża aħjar l‐ispazju pubbliku. Din il‐miżura tapplika għar‐rwoli amministrattivi, il‐back‐office, it‐tfassil u t‐twettiq tal‐politika, il‐finanzi, l‐HR, l‐akkwist pubbliku, il‐qasam legali, l‐ICT u funzjonijiet oħra li ma jeħtiġux il‐kuntatt dirett u kontinwu mal‐pubbliku. Ma tapplikax għall‐frontliners u s‐servizzi li jiddependu fuq preżenza fiżika.

Kull ministeru u dipartiment jadotta qafas ċar ta’ eliġibbiltà, roster ikkoordinat tal‐ġranet remoti, standards ta’ servizz obbligatorji, u sistema ta’ hot desking biex l‐istess spazju jintuża b’mod aktar effiċjenti. Hekk is‐servizz pubbliku ma jibqax jara r‐remote‐working biss bħala miżura ta’ flessibbiltà, iżda bħala għodda konkreta li tnaqqas it‐traffiku, ittejjeb l‐effiċjenza fl‐użu tal‐uffiċini, u tagħti lura l‐ħin lin‐nies. Skont stima prudenti bbażata fuq id‐daqs attwali tas‐servizz pubbliku u fuq il‐fatt li l‐miżura tkun limitata għal attivitajiet li ma jinvolvux kuntatt fiżiku, dan il‐mudell għandu l‐potenzjal li jnaqqas madwar 2,600 karozza kuljum mill‐vjaġġi lejn ix‐xogħol fl‐agħar ħinijiet. Dan ifisser inqas pressjoni fuq il‐konġestjonijiet ewlenin, inqas domanda għall‐parkeġġ madwar il‐binjiet tal‐Gvern, u aktar fluwidità fit‐traffiku proprju fl‐aktar ħinijiet kritiċi tal‐ġurnata.

Fl‐istess waqt, il‐hot desking jippermetti lill‐Gvern inaqqas b’mod sostanzjali l‐ħtieġa ta’ skrivaniji permanenti u juża aħjar l‐ispazju tal‐uffiċini tiegħu. Din hi riforma li tgħaqqad it‐titjib fil‐mobbiltà ma’ effiċjenza akbar u kwalità tal‐ħajja aħjar. Gvern ġdid Nazzjonalista jmexxi bl‐eżempju b’mod li l‐politika tax‐xogħol tappoġġa lill‐politika tat‐trasport.

kontenut

Trasport pubbliku u mobbiltà aħjar

Trasport pubbliku u mobbiltà aħjar

26. Bus shelters xierqa f’kull lokalità

Inniedu programm biex kull waqfa ta’ tal‐linja ewlenija jkollha shelter modern, sikur u aċċessibbli, bid‐dell u lqugħ mix‐xita, bankijiet u informazzjoni ċara. Il‐passiġġiera tat‐trasport pubbliku jkollhom infrastruttura bażika ta’ kwalità li tagħmel il‐vjaġġ aktar dinjituż u komdu.

27. Skema ta’ group transport

Nagħtu qafas ċar biex is‐sewwiqa tal‐Y‐Plates u l‐operaturi liċenzjati joffru group transport lejn il‐fabbriki, l‐iskejjel, l‐uffiċini, id‐djar tal‐anzjani u l‐komunitajiet. Dan inaqqas l‐ammont ta’ karozzi b’persuna waħda abbord u joħloq servizz effiċjenti b’inqas spejjeż għal kulħadd.

28. Ħinijiet tax‐xogħol aktar mifruxa

Niftħu ftehim nazzjonali settur b’settur biex nibdew nifirxu l‐ħinijiet tax‐xogħol u tas‐servizz pubbliku. Malta ma tistax tibqa’ tixħet l‐istess piżijiet fuq it‐toroq, fl‐istess sigħat, kuljum.

29. Proġetti pilota ta’ loġistika billejl

Nibdew proġetti pilota ma’ għadd ta’ negozji u operaturi biex ċerti kunsinni jsiru kmieni ħafna filgħodu jew tard filgħaxija b’kundizzjonijiet stretti biex ma jinħoloq l‐ebda inkonvenjent għar‐residenti. Dan isir b’koordinazzjoni mal‐Kunsilli Lokali biex inaqqas il‐pressjoni fl‐agħar ħinijiet tat‐toroq, bi prijorita lit‐toroq arterjali u distributorji.

Parkeġġi u liċenzji tal‐vetturi

Parkeġġi u liċenzji tal‐vetturi

30. Pjan għall‐parkeġġ pubbliku

Inwettqu pjan għall‐skemi tal‐parkeġġ pubbliku. Irridu namministraw il‐parkeġġ bħala riżorsa skarsa imma b’mod effiċjenti. Meta jkun hemm bżonn infrastruttura tal‐parkeġġ ġdida, din issir biss jekk tkun marbuta ma’ pjazza, ġnien, bankini aħjar u tneħħija ta’ parkeġġ fuq il‐wiċċ. Inħarsu lejn parkeġġi b’diversi sulari mingħajr ma tinqered il‐kwalità urbana.

31. App għal użu temporanju ta’ garaxxijiet privati

Nintroduċu pjattaforma biex is‐sidien ta’ garaxxijiet privati fil‐livell tat‐triq ikunu jistgħu joffru parkeġġ f’ħinijiet magħżula minnhom. B’hekk noħolqu mijiet ta’ spazji ġodda mingħajr ma nieħdu art ġdida.

32. Parkeġġ residenzjali protett madwar iċ‐ċentri kummerċjali

Fiż‐żoni bi pressjoni qawwija, nagħtu prijorità lirresidenti billi nwettqu modernizzazzjoni tas‐sistema tal‐permessi tar‐residenti, flimkien ma’ ħinijiet apposta għal forniment ta’ xi kunsinni jew servizzi. Ir‐residenti ma jitħallew ibatu dawn l‐inkonvenjenzi qrib darhom.

33. Trasport ta’ kunsinni ma jsirx waqt il‐peak hours

Nestendu qafas legali u inċentivi biex il‐kunsinni kummerċjali, il‐ġbir tal‐iskart kummerċjali u l‐manutenzjoni urbana jsiru kemm jista’ jkun barra mill‐agħar ħinijiet tat‐traffiku.

34. Micro‐hubs għall‐kunsinni fl‐aħħar mil

Inwaqqfu micro‐hubs urbani biex il‐merkanzija tinqasam minn vetturi kbar ġo vetturi iżgħar bi vjaġġi ikkoordinati. Dan b’koordinazzjoni mal‐Kunsilli Lokali għal użu aħjar taċ‐ċentri antiki u urbani.

35. Liċenzji b’capping

Filwaqt li se ninkoraġġixxu użu alternattiv tat‐trasport, jidher li ż‐żidiet fit‐tariffi tal‐liċenzji ma ħallewx l‐effett mixtieq. Għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista jintroduċi limitu massimu ta’ €500 għal‐liċenzji tal‐pjanċi s‐suwed (użati kuljum), u massimu ta’ €200 għal‐liċenzji tal‐pjanċi l‐ħomor (użati fi tmiem il‐ġimgħa).

36. Reġistrazzjoni massima għall‐karozzi importati

Nintroduċu regoli speċjali għall‐karozzi b’limitu massimu sa €30,000 għar‐reġistrazzjoni. Hekk nagħmlu ġustizzja mingħajr ma ninkoraġġixxu aktar traffiku.

37. Vouchers ta’ skreppjar trasferibbli

Nagħtu vouchers trasferibbli għal min jiskrapja l‐vettura qadima tiegħu anki jekk ma jixtrix oħra dakinhar. Il‐voucher jista’ jintuża aktar tard jew jinbiegħ legalment. B’hekk inħeġġu t‐tneħħija tal‐vetturi abbandunati jew mhux użati mill‐garaxxijiet u t‐toroq.

38. Skema ta’ skreppjar għall‐vannijiet u l‐minibuses qodma

Niffukaw l‐iskemi ta’ tneħħija fuq vetturi kummerċjali qodma, minibuses u vans li jduru ħafna u jniġġsu aktar. L‐akbar benefiċċju għat‐traffiku u l‐arja jiġi minn fejn l‐użu hu l‐aktar intensiv.

39. Liċenzja tat-triq pay-per-use b’limitu massimu

Nintroduċu sistema ġdida u ġusta ta’ liċenzja tat-triq fejn min juża l-karozza inqas iħallas inqas, filwaqt li ħadd ma jħallas aktar mil-liċenzja li jħallas illum. Karozzi li jintużaw sa 500 kilometru fis-sena ma jħallsux liċenzja taċ-ċirkolazzjoni. Minn 500 kilometru sa 5,000 kilometru, il-ħlas jiżdied b’mod gradwali sa 80% tal-liċenzja. Minn hemm ’il fuq, il-ħlas ikompli jiżdied sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-liċenzja.

Din il-miżura tippremja lil min inaqqas l-użu bla bżonn tal-karozza, lil min iżomm karozza sekondarja tintuża inqas, u lil min jagħmel għażliet aktar sostenibbli bħall-mixi, it-trasport pubbliku u t-tnaqqis ta’ vjaġġi qosra. Hija miżura ġusta: ma tikkastigax lil min għandu bżonn il-karozza, iżda tagħti benefiċċju dirett lil min jużaha inqas.

Infrastruttura u spazji pubbliċi

Infrastruttura u spazji pubbliċi

40. Awditjar tal‐bankini

Inniedu awditjar triq triq, b’konsultazzjoni u għodda xierqa lill‐Kunsill Lokali, dwar il‐bankini f’Malta u Għawdex bi klassifikazzjoni tar‐riskju u aċċessibbiltà. Il‐bankina jeħtieġ titqies bħala infrastruttura pubblika essenzjali li tipprova aċċessibbiltà lin‐nies.

41. Fond speċjali għat‐tiswija tal‐bankini

Noħolqu fond b’interventi miftehma mal‐Kunsill Lokali biex issir tibdil ta’ bankini skont il‐klassifikazzjoni tar‐riskju. Dan il‐pjan isir ma’ kull Kunsill Lokali ta’ Malta u Għawdex.

42. Network kontinwu ta’ mogħdijiet għar‐roti

Nibnu network kontinwu u protett ta’ mogħdijiet għar‐roti li finalment jgħaqqad lil lokalità ma’ oħra b’mod sigur. Nalteraw xi toroq rurali alternattivi biex isiru kurituri sikuri għal dan il‐għan.

43. Parkeġġi għar‐roti sikuri f’kull hub

Nagħmlu parkeġġ għar‐roti sikur u sorveljat f’kull hub tat‐trasport, skola, belt prinċipali u bini pubbliku ġdid. F’dawn il‐postijiet tiġi esplorata sistema bi sħubija li tagħtik aċċess u bike lockers bla ħlas għas‐serħan il‐moħħ lil min jagħżel li jivvjaġġa bir‐rota.

44. Spazji urbani mingħajr traffiku u “kurituri ekoloġiċi”

Bi ftehim mal‐Kunsilli Lokali, fil‐qalba tal‐lokalitajiet tagħna noħolqu pjazez u toroq li jagħtu prijorità lin‐nies, lill‐ħwienet bis‐servizzi li joffru, u lill‐kwalità tal‐ħajja urbana. Dan isir billi nibnu fuq proġetti attwali u futuri li flimkien joħolqu sensiela ta’ kurituri ekoloġiċi għan‐nies.

45. Kanali tas‐servizzi obbligatorji fit‐toroq ġodda

Kull triq ġdida jew mibnija mill‐ġdid ikollha kanali tas‐servizzi u riżervi għall‐servizzi ewlenin, bħall‐ilma, id‐dawl, l‐internet, il‐cable TV, u d‐drenaġġ, ħalli fil‐ġejjieni ma jkollniex għalfejn inħaffru wiċċ it‐triq għal xi tiswija. Dan ix‐xogħol ikun jinkludi kanali tas‐servizzi ducts taħt il‐bankina, duct crossings li jaqsmu it‐triq biex jevitaw li terġa’ tinqala’ t‐triq u niżguraw li jkun hemm mejn tal‐ilma fuq kull naħa tat‐triq.

46. Kanali tal‐ilma u ġbir tal‐ilma tax‐xita mit‐toroq

Nintegraw sistemi ta’ kanali u sistemi tal‐ġbir tal‐ilma tax‐xita fit‐toroq ġodda biex intaffu l‐għargħar u nużaw l‐ilma meta possibbli. Infrastruttura tajba trid tieħu inkonsiderazzjoni tal‐klima tagħna.

47. It‐toroq huma infrastruttura kritika

Insaħħu l‐entitajiet pubbliċi b’koordinazzjoni ma’ Infrastructure & Road Risk‐Asset Management biex jinħoloq reġistru dwar ir‐riskji u l‐assi fit‐toroq tagħna, bi programm għal manutenzjoni ppjanata. Ma nistgħux nibqgħu nħaffru l‐istess triq darbtejn jew tlieta fi żmien qasir b’detriment għar‐resident, min qed jivvjaġġa u għall‐ispiża pubblika. Noħolqu risk atlas biex nipproteġu l‐vulnerabbiltajiet tal‐infrastruttura ta’ pajjiżna. Dak li ma nkejlux, ma nistgħux nipproteġuh.

Ippjanar urban, kwalità tal‐bini u żvilupp aħjar

Ippjanar urban, kwalità tal‐bini u żvilupp aħjar

48. Nirrevedu l‐Pjanijiet Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex

Biex l‐iżvilupp jintrbat mal‐kapaċità reali tal‐lokalitajiet, naraw li kull pjan lokali jkun sensittiv għad‐demografija, it‐traffiku, il‐parkeġġ, l‐infrastruttura, il‐karattru tal‐lokalità u l‐kwalità tal‐ħajja. Indaħħlu Urban Carrying Capacity Map u Traffic Intensity Index għal kull lokalità, insaħħu l‐protezzjoni taċ‐ċentri storiċi u ta’ Għawdex, u nagħtu vuċi effettiva lill‐Kunsilli Lokali u lir‐residenti. Dan ikun Nifs Ġdid lill‐ippjanar: żvilupp b’ordni, b’rispett u bis‐serħan il‐moħħ.

49. Prijorità lir‐riġenerazzjoni tal‐bini eżistenti

Nagħtu prijorità ċara lir‐rinovazzjoni, ir‐rijabilitazzjoni u l‐użu mill‐ġdid tal‐bini eżistenti qabel it‐twaqqigħ. Il‐politika tal‐bini trid tippremja lil dak li jżomm il‐karattru u jnaqqas l‐iskart.

50. Skema għall‐użu mill‐ġdid tal‐binjiet vojta

Noħolqu skemi ta’ incentivi u fast‐track għal min jirriġenera binjiet vojta jew mhux uzati tajjeb biżżejjed għal akkomodazzjoni, uffiċini, skopijiet kulturali jew soċjali. Dak li diġa jeżisti rridu nużawh aħjar.

51. Pjan għar‐riġenerazzjoni urbana

Inniedu programm ta’ riġenerazzjoni tat‐toroq u ż‐żoni tal‐madwar b’ġonna żgħar, siġar, dell, pavimentar ta’ kwalità u spazji għan‐nies. Kwalità tal‐ħajja tibda mill‐ispazji fejn ngħixu.

52. Il‐binjiet patrimonjali jsiru spazji għall‐komunità

Nagħtu nifs ġdid lill‐binjiet storiċi jew vojta biex jintużaw għal servizzi kulturali, soċjali, co‐working jew ċentri għaż‐żgħażagħ u l‐adolexxenti.

53. Green quota fil‐każ ta’ riġenerazzjoni kbira

Għal kull proġett urban kbir, naraw li jkun hemm green quota minima ta’ spazju miftuħ, siġar, dell u assorbimenti tal‐ilma. Jekk il‐belt tkun aktar densa, trid tkun ukoll aktar umana u aktar friska.

54. Network ta’ pocket parks

Noħolqu pocket parks f’uħud mill‐ispazji vojta, traskurati jew mitluqa tal‐lokalitajiet. Mhux kull tisbiħ jeħtieġ proġett enormi. Xi drabi l‐kwalità tinkiseb b’interventi żgħar iżda mifruxa. Dan isir b’konsultazzjoni sħiħa mal‐Kunsilli Lokali.

55. Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġeoloġija

Gvern ġdid immexxi mill-Partit Nazzjonalista jwaqqaf Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġeoloġija sabiex Malta jkollha għall-ewwel darba struttura xjentifika u teknika dedikata għall-istudju tal-art u s-subsoil ta’ pajjiżna.

Dan l-uffiċċju jkun responsabbli mill-ġbir, l-analiżi u l-ħażna ta’ data ġeoloġika nazzjonali sabiex jinħoloq database ċentrali modern dwar il-kundizzjoni ta’ taħt l-art Malti u Għawdxi.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġeoloġija jkollu rwol importanti fil-prevenzjoni ta’ riskji relatati ma’ skavar, pedamenti, mini u żvilupp infrastrutturali, filwaqt li jipprovdi gwida xjentifika lill-awtoritajiet, periti, inġiniera u professjonisti oħra fis-settur tal-kostruzzjoni.

Permezz ta’ din il-miżura, irridu nsaħħu s-sigurtà fil-kostruzzjoni, innaqqsu r-riskji għal residenti u familji, u niżguraw li deċiżjonijiet dwar żvilupp ikunu bbażati fuq studji xjentifiċi serji u mhux fuq stimi jew improvizzazzjoni. Din il-proposta tifforma parti minn viżjoni usa’ għal riforma fil-qasam tal-kostruzzjoni u l-ippjanar, sabiex pajjiżna jimxi lejn mudell ta’ żvilupp aktar responsabbli, sigur u sostenibbli għall-futur.

Riformi, governanza u użu tal‐art.

Riformi, governanza u użu tal‐art.

56. Riforma ta’ Transport Malta f’Awtorità li tkun iktar iffokata

Nirriformaw Transport Malta biex tkun awtorità ffokata fuq it‐tnaqqis tat‐traffiku, is‐sigurtà fit‐toroq, il‐liċenzjar, it‐trasport pubbliku, il‐Mass Rapid Transport System, il‐mobility hubs, l‐immaniġġjar tat‐traffiku, u l‐infurzar. Din ir‐riforma tagħti lill‐pajjiż istituzzjoni b’mandat ċar, b’responsabbiltà diretta u b’fokus uniku: mobbiltà fl‐art li taħdem aħjar għall‐familji, il‐ħaddiema u n‐negozji.

57. Noħolqu GIS waħda integrata

Nibnu pjattaforma għad‐data spazjali (GIS) waħda u nazzjonali li tgħaqqad il‐permessi, iż‐żonar, l‐utilitajiet, il‐perikli, il‐patrimonju, l‐użu tal‐art, l‐ambjent u t‐trasport. Nevitaw informazzjoni mifruxa ħalli nagħmlu deċiżjonijiet aħjar u niffrankaw il‐flus.

58. Servizz Ġeoloġiku Malti

Inwaqqfu Servizz Ġeoloġiku Malti bħala istituzzjoni nazzjonali strateġika għal deċiżjonijiet aħjar. Fejn hemm riskju ġeoloġiku, irid ikun hemm istituzzjoni responsabbli. Malta ma tistax tibqa’ mingħajr dan l‐għodda bażika. Dan irid permezz ta’ professjoni stabbilita ta’ ġeoloġi.

59. Insaħħu l‐parteċipazzjoni pubblika

Nibdlu l‐konsultazzjoni minn formalità għal proċess bikri biex il‐pubbliku jkun parteċipi aktar fl‐iżvilupp tal‐lokalità tiegħu. Malta mhijiex biss pajjiżna, iżda darna wkoll.

60. Żewġ terzi biex tinbidel art ODZ

Niżguraw li l‐ebda Gvern ma jkun jista’ jneħħi protezzjoni ta’ art ODZ b’maġġoranza sempliċi. Kull klassifikazzjoni differenti ta’ art barra ż‐żona tal‐iżvilupp tkun teħtieġ il‐maġġoranza ta’ żewġ terzi fil‐Parlament.

61. Stadju ta’ medjazzjoni u kjarifika qabel id‐deċiżjoni

Nintroduċu stadju formali ta’ medjazzjoni u kjarifika fil‐proċess tal‐ippjanar biex kwistjonijiet tekniċi, oġġezzjonijiet u tħassib tal‐komunità jiġu indirizzati qabel tittieħed id‐deċiżjoni finali. Dan jista’ jnaqqas il‐kunflitti, l‐appelli u l‐proġetti mfassla ħażin.

62. Sistema moderna u diġitali tar‐reġistrazzjoni tal‐artijiet

Nimmodernizzaw is‐sistema tar‐reġistrazzjoni tal‐artijiet permezz ta’ sistema diġitali, aċċessibbli u affidabbli, ħalli l‐informazzjoni dwar il‐proprjetà, titoli u drittijiet tkun aktar ċara u sigura. Iċ‐ċertezza dwar it‐titoli tfisser inqas tilwim, inqas dewmien u aktar fiduċja fis‐suq tal‐proprjetà.

63. Government Land Title Amnesty Scheme

Nintroduċu skema trasparenti biex il‐familji u n‐negozji jkunu jistgħu jirregolarizzaw irregolaritajiet storiċi relatati ma’ titoli ta’ art tal‐Gvern fi żmien definit u b’kundizzjonijiet ġusti. Din tnaqqas l‐inċertezza legali u taħtaf il‐potenzjal tal‐valur ekonomiku tal‐proprjetajiet li ilhom imwaħħlin għal snin twal.

64. Konverżjoni ta’ enfitewsi tal‐Gvern għall‐freehold

Nintroduċu politika ċara biex enfitewsi tal‐Gvern tkun tista’ tinqaleb fi freehold b’valutazzjoni ġusta u proċess fil‐ħin. Dan jagħti aktar ċertezza lill‐familji u n‐negozji li ilhom jużaw proprjetà għal żmien twil iżda għadhom limitati minn titolu mhux ċar.

65. Sistema aktar ġusta tat‐taxxa fuq trasferimenti fil‐familja

Nintroduċu sistema aktar ġusta biex it‐taxxa mħallsa fuq proprjetà li tintiret jew li tiġi trasferita diversi drabi fi żmien qasir tiġi kreditata kontra taxxa futura fuq l‐istess proprjetà. Dan inaqqas il‐piż fuq familji fi żminijiet diffiċli u jagħmel is‐sistema aktar ġusta u umana.

66. Kumpens ġust relatat mă’ xogħol mitluf wara r‐riforma tal‐2011

Nirrikonoxxu l‐impatt li kellha r‐riforma tat‐trasport pubbliku tal‐2011 fuq numru ta’ xufiera tax‐xarabank li, wara l‐għoti tas‐servizz lil konċessjonarju privat, twaqqfu milli jkomplu jagħtu s‐servizz tagħhom. Gvern Nazzjonalista jistabbilixxi Kumitat ta’ Evalwazzjoni indipendenti biex jeżamina każ b’każ u jistabbilixxi kumpens ġust lil dawk ix‐xufiera li sofrew telf ta’ xogħol jew telf ta’ dħul b’rabta diretta ma’ dik ir‐riforma.

Niżżel il-PDF

Programm Elettorali

Agħżel kapitlu
Kapitli oħra
Mobbiltà, Infrastruttura u Ppjanar
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.