Lura għal Programm Elettorali Tnaqqis fit‑taxxi

Riforma strutturali għal tassazzjoni personali aktar ġusta bi tnaqqis fl‑income tax

01. Tnaqqis fl‑income tax biex jibqagħlek aktar flus fil‑but

Nassiguraw u nagħtu garanzija li t‑tariffi tal‑kontijiet tad‑dawl u l‑ilma mhux se jogħlew billi, meta meħtieġa, Gvern ġdid Nazzjonalista jissussidja l‑prezzijiet tal‑enerġija u tal‑fuels. Fl‑istess ħin, nibdew programm sħiħ ta’ investiment fl‑enerġija rinovabbli biex il‑piż ta’ dawn is‑sussidji jonqos.

02. Tnaqqis fit‑taxxi għal kulħadd

Din ir‑riforma ta’ tnaqqis fl‑income tax tapplika għal kulħadd: is‑singoli, il‑koppji miżżewġin, il‑familji bit‑tfal u l‑pensjonanti, b’approċċ li jqis ir‑realtajiet differenti tan‑nies.

03. Tnaqqis akbar fit‑taxxi għall‑familji li qed irabbu tliet ulied jew iżjed

Għall‑koppji miżżewġin li bi tliet ulied jew iżjed, id‑dħul bejn €41,000 u €80,000 jitħallas b’rata ta’ 15%, waqt li jekk tkun ġenitur jew kustodju, id‑dħul bejn €35,000 u €80,000 jitħallas b’rata ta’ 15%. Dan jibgħat messaġġ li l‑pajjiż jirrikonoxxi s‑sagrifiċċji ta’ min irabbi familja u jġorr piż akbar. Din il‑miżura mhijiex biss ta’ forċina finanzjarja, iżda wkoll investiment fil‑futur ta’ Malta: biex inħeġġu u nappoġġaw lill‑familji ħalli jkollhom aktar tfal, mingħajr ma nħallu l‑għoli tal‑ħajja jaqtagħlhom qalbhom.

04. Aġġustament annwali fit‑tax bands skont il‑COLA

Nirrevedu awtomatikament it‑tax bands kull sena skont il‑COLA, biex il‑ħaddiema ma jibqgħux jitħallsu aktar taxxa sempliċement għax żdied il‑għoli tal‑ħajja. Din il‑miżura telimina l‑fiscal drag u tiżgura li ż‑żidiet fil‑pagi jibqgħu f’but in‑nies, mhux jittieklu mis‑sistema tat‑taxxa.

Il‑bidliet u t‑tnaqqis fl‑income tax huma kif gej:

Persuni waħedhom 

Bħalissa 2026 Il‑Proposta tagħna
0% sa €12,000 0% sa €15,000
15% sa €16,000 15% sa €20,000
25% sa €60,00025% sa €80,000
35% minn €60,000 35% minn €80,000

Koppji miżżewġin bla tfal

Bħalissa 2026 Il‑Proposta tagħna
0% sa €15,000 0% sa €19,000
15% sa €23,000 15% sa €26,000
25% sa €60,000 25% sa €80,000
35% minn €60,000 35% iżjed minn €80,000

Koppji miżżewġin b’wild wieħed jew waħda

FaxxaBħalissa 2026 Pjan Laburista fl‑2028 Il‑Proposta tagħna
0%sa €17,500 sa €22,500 sa €25,000
15%sa €26,500 sa €33,500 sa €37,000
25%sa €60,000 sa €60,000 sa €80,000
35%iżjed minn €60,000iżjed minn €60,000iżjed minn €80,000

Koppji Miżżewġin b’żewġ ulied

FaxxaBħalissa 2026 Pjan Laburista fl‑2028 Il‑Proposta tagħna
0%sa €22,500 sa €37,000 sa €41,000
15%sa €32,500 sa €50,000 sa €55,000
25%sa €60,000 sa €60,000 sa €80,000
35%iżjed minn €60,000iżjed minn €60,000iżjed minn €80,000

Familji bi tliet ulied jew iżjed, iħallsu rata fissa ta’ 15% fuq id‑dħul bejn €41,000 u €80,000. Jekk id‑dħul jaqbeż it‑€80,000, ir‑rata ta’ 35% tibda minn €80,000 ’il fuq. Din hi miżura importanti li twieżen lill‑familji biex ikunu jifilħu aktar tfal.

Ġenitur u Kustodju b’wild wieħed jew waħda

FaxxaBħalissa 2026 Pjan Laburista fl‑2028 Il‑Proposta tagħna
0%sa €14,500 sa €18,000 sa €20,000
15%sa €21,000 sa €28,000 sa €32,000
25%sa €60,000 sa €60,000 sa €80,000
35%iżjed minn €60,000iżjed minn €60,000iżjed minn €80,000

Ġenitur u kustodju b’żewġ ulied

FaxxaBħalissa 2026 Pjan Laburista fl‑2028 Il‑Proposta tagħna
0%sa €18,500 sa €30,000 sa €35,000
15%sa €22,500 sa €42,000 sa €48,000
25%sa €60,000 sa €60,000 sa €80,000
35%iżjed minn €60,000iżjed minn €60,000iżjed minn €80,000

Għall‑koppji miżżewġin bi tliet ulied jew iżjed, id‑dħul bejn €41,000 u €80,000 jitħallas b’rata ta’ 15% waqt li jekk tkun ġenitur jew kustodju, id‑dħul bejn €35,000 u €80,000 jitħallas bir-rata ta’ 15%. Din hi miżura importanti li twieżen lill‑familji biex jkollhom aktar tfal.

Tnaqqis fit‑taxxi

Riforma strutturali għal tassazzjoni personali aktar ġusta bi tnaqqis fl‑income tax

Proposti Ewlenin Għalik

Proposti Ewlenin Għan-Negozji

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.