Elezzjoni tal-2025 għal Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-proċess għall-ħatra ta’ Kap tal-PN

  1. L-Eżekuttiv jiltaqa’ biex jagħti bidu għall-proċess tal-ħatra tal-Kap tal-PN wara r-riżenja tal-Kap preċedenti
  2. L-ewwel pass ikun li jiddeċiedi meta se jitlaqqa’ Kunsill Ġenerali biex jiftaħ uffiċjalment il-proċess
  3. Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN (wara li tirċievi d-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali biex jibda l-proċess), fi żmien tlett ijiem trid toħroġ sejħa għall-interess biex dawk interessati jkunu jistgħu jesprimu l-interess tagħhom (is-sejħa ddum miftuħa għal massimu ta’ ġimgħa). Il-persuni li jikkwalifikaw għal din il-kariga jridu jkunu membri tal-PN bit-tessera mħallsa
  4. Fi żmien jumejn mill-għeluq ta’ din is-sejħa, il-Kummissjoni Elettorali tibgħat l-ismijiet tal-membri li jkunu ddikjaraw l-interess tagħhom lill-Kummissjoni Kandidati tal-PN
  5. Il-kandidati li jkunu esprimew l-interess tagħhom imbagħad jgħaddu minn proċess ta’ due diligence mmexxi minn tim ta’ esperti indipendenti mqabbad mill-Kummissjoni Kandidati tal-PN
  6. Kif jipprovdi l-istatut tal-PN, il-proċess tad-due diligence jrid jitwettaq fi żmien ta’ mhux aktar minn sitt ġimgħat. Wara li jintemm dan il-proċess, tibgħat ir-rapport lill-Kunsill Amministrattiv u lill-Kummissjoni Elettorali b’dikjarazzjoni dwar jekk il-membri li ddikjaraw l-interess tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-verifika
  7. Fi żmien tlett ijiem, il-Kummissjoni Elettorali tiftaħ in-nomini uffiċjalment (in-nomini jdumu miftuħin ħamest ijiem). Jistgħu jitfgħu n-nomina biss dawk li jkunu esprimew l-interess tagħhom u għaddew mill-proċess tad-due diligence.
  8. Kull nomina trid tkun iffirmata mill-kandidat u tkun sekondata minn (mill-inqas): (i) tliet membri tal-Grupp Parlamentari; (ii) ħames membri tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista; (iii) għaxar membri tal-Kumitat Eżekuttiv; (iv) ħamsin membru tal-Kunsill Ġenerali; (v) ħamsin membru tal-PN.
  9. Wara li jagħlqu n-nomini, issir l-elezzjoni għal Kap tal-PN kif ġej:
    – jekk ikun hemm kandidat wieħed/waħda jmur għall-konferma tal-Kunsill Ġenerali 
    – jekk ikunu tnejn, fl-ewwel weekend wara 15-il ġurnata mill-għeluq tan-nominazzjonijiet (l-istess bħal fuq) titlaqqa’ Konvenzjoni Ġenerali fejn jivvutaw it-tesserati kollha li jikkwalifikaw skont l-istatut
    – jekk il-kandidati jkunu aktar minn tnejn, l-ewwel irid jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali (fl-ewwel weekend wara 15-il ġurnata mill-għeluq tan-nominazzjonijiet) biex in-numru jitniżżel għal tnejn b’votazzjoni bis-sistema tas-Single Transferible Vote, u mbagħad (fil-weekend li jiġi 15-il ġurnata wara l-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali) issir votazzjoni fost it-tesserati f’Konvenzjoni Ġenerali biex jiġi magħżul Kap tal-PN minn fost iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar ammont ta’ voti fil-Kunsill Ġenerali
  10. Biex kandidat jiġi elett Kap tal-PN irid iġib:
    – F’każ ta’ Konvenzjoni Ġenerali (aktar minn nomina waħda): mill-inqas 50% u wieħed tal-voti validi mitfugħa mit-tesserati li jkunu vvutaw f’Konvenzjoni Ġenerali
    – F’każ ta’ Kunsill Ġenerali (nomina waħda): mill-inqas 50% u wieħed tal-voti validi mitfugħa mill-Kunsillieri li jkunu vvutaw f’Kunsill Ġenerali

Ikkuntattja lill-Kummissjoni Elettorali,
Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista
[email protected]
+356 99048076

Aħbarijiet

Emenda proviżorja għall-Istatut tal-PN (votazzjoni minn tesserati żgħażagħ)


Mozzjoni biex jibda l-process għall-għażla ta’ Kap ġdid u approvazzjoni tar-regolamenti


Mozzjoni ta’ ringrazzjament lil Bernard Grech


Diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt il-Kunsill Ġenerali


Diskors tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione waqt il-Kunsill Ġenerali


Diskors tas-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello waqt il-Kunsill Ġenerali


Diskors tal-President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut waqt il-Kunsill Ġenerali


Diskors taċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN Mario Callus waqt il-Kunsill Ġenerali


PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.