"*" indicates required fields
Innaqqsu r-rati tal-income tax għall-ħaddiema kollha u s-self-employed. Inneħħu t-taxxa minn fuq iż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA). Żur pn.org.mt/taxxa/ biex tara kemm se tiffranka.
Inneħħu t-taxxa kollha minn fuq it-trasferimenti tal-proprjetà jew tan-negozji tal-familja b’wirt.
Inneħħu t-taxxa kollha minn fuq id-donazzjonijiet tal-proprjetà mill-ġenituri lit-tfal jew lit-tfal tat-tfal.
Inneħħu l-kirja tal-arloġġ tad-dawl fid-dar fejn tgħix. Inraħħsu r-rati talelettriku b’medja ta’ 30% għall-familji u l-persuni li jgħixu waħedhom. Inraħħsu r-rati tal-elettriku bi 15% u nneħħu l-kirja tal-arloġġ tad-dawl lillbdiewa, is-sajjieda, ir-raħħala u l-għaqdiet volontarji.
Il-pazjenti se jinqdew f’erba’ sptarijiet: Inbiddlu l-Paola Hub fi Sptar ta’ 250 sodda, Nibnu Sptar ġdid b’250 sodda fit-Tramuntana, Nibnu Sptar ġdid f’Għawdex b’400 sodda, u Ninvestu u naġġornaw l-Isptar Mater Dei. Noħolqu Park Nazzjonali tas-Saħħa f’Selmun b’60 sodda.
Nibnu skola ġdida kull sena. Inżidu l-istipendji b’25% lill-istudenti kollha.
Insaħħu l-konnettività bejn Għawdex u Malta b’portijiet aħjar, vapuri ġodda, fast ferry aktar frekwenti u trasport pubbliku effiċjenti.
Nagħtu refund ta’ 50% tal-imgħax fuq is-self tal-ewwel dar residenzjali għal perjodu ta’ 10 snin, li jista jitla’ sa madwar €46,800. Il-flus jidħlu direttament fil-kont bankarju tal-first-time buyers.
Noħolqu Mass Rapid Transport System nazzjonali biex innaqqsu t-traffiku u nagħtu lura l-ħin lin-nies.
Nagħtu garanzija ta’ serħan il-moħħ u sigurtà. Niżguraw li s-servizzi pubbliċi jkunu effiċjenti u li l-infrastruttura tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-pajjiż. Ngħixu f’pajjiż kburin bl-identità u fejn l-ekonomija tikber bil-valur mhux bil-volum.
Inżidu l-pensjoni bi mqar €650 fis-sena, mhux limitata u mhux żieda ta’ darba. Nipprovdu servizz tat-tabib tal-familja bla ħlas lill-anzjani fi djarhom.
Noħolqu spazji miftuħa, ġonna u parks f’kull belt u raħal.
Innaqqsu t-taxxa tal-Micro Enterprises minn 35% għal 15%. Innaqqsu t-taxxa tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) minn 35% ghal 25%.
Tispiċċa t-taxxa tal-boll tas-suċċessjoni (Stamp Duty) fuq it-trasferiment ta' negozji li jgħaddu b'titlu ta' wirt.
Irridu ħaddiema li jibqagħlhom aktar fil-but biex ix-xogħol jerġa’ jibda jħallas tajjeb. Livell tad-dħul għola minn fejn tibda titħallas it-taxxa u twessiegħ tat-tax bands biex aktar il-ħaddiema u s-self-employed iħallsu anqas taxxa.
Il-PN fil-gvern kien naqqas ir-rata massima minn 65% għal 35%. Immedjatament se nibdew konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati dwar il-possibbiltà li nerġgħu nbaxxu r-rata massima u hekk insaħħu il-kompetittività.
Il-limitu tal-eżenzjoni mill-VAT jogħla minn €35,000 fis-sena għal €70,000 biex aktar negozji jagħżlu jibqgħux fis-sistema tal-VAT jew le.
FDI minn kumpaniji li jibni soluzzjonijiet għall-konnettività bis-satellita, data mill-ispazju, sistemi ta’ navigazzjoni u AI. Das-settur se jġib lejn Malta madwar €100 miljun fl-ewwel 5 snin u, fi żmien 10 snin se jiġġenera mal-€200 miljun fis-sena.
Il-Mediterranean Maritime Fuel Hub se jiġġenera madwar €450 miljun fl-ekonomija Maltija u toħloq mijiet ta’ impjiegi ġodda. Il-bunkering huwa settur ekonomiku importanti li se nespanduh, b’viżjoni għal futur.
Biex is-settur tal‑catering jkun aktar kompetittiv meta mqabbel ma’ destinazzjonijiet oħrajn fil‑Mediterran, se narmonizzaw ir‑rati applikabbli fis‑settur, ngħinu lis‑settur ikun aktar sostenibbli u b’hekk ikun jista’ jgawdi wkoll il‑konsumatur.
Taħriġ għal skilling u re-skilling tal-ħaddiema pprovdut minn min iħaddem jiġi ffinanzjat 100%.
Irridu ngħinu lillkumpaniji Maltin biex jattiraw talent ta’ livell għoli, bla ma jogħlew lispejjeż tagħhom. Bil-Malta Homecoming Act se nagħtu eżenzjoni mit‑taxxa fuq id‑dħul personali għall‑ewwel ħames snin tal‑impjieg.
pazji industrijali u skema ta' kiri affordabbli għan-negozji żgħar Maltin, speċifikament għall-istart-ups u għall-SMEs fil-fażi ta’ espansjonali.
Proġett kbir fil-Marsa u madwar il-Port il-Kbir, li jagħmel minn din iż-żona ċentru nazzjonali tal-kultura. Se ninvestu f’National Hall u Marsa Expo Centre.
This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.
Strictly Necessary Cookie should be enabled at all times so that we can save your preferences for cookie settings.
This website uses Google Analytics to collect anonymous information such as the number of visitors to the site, and the most popular pages.
Keeping this cookie enabled helps us to improve our website.