KANDIDATI 2026

Toni Bezzina

Bezzina, Toni

Il-Perit Toni Bezzina kkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2013 u ġie elett fuq il-Ħames Distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa reġa’ kkontesta u ġie elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 u tal-2022. Serva bħala Shadow Minister għat-Trasport u l-Infrastruttura, Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd u wkoll bħala membru tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Bħalissa huwa Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd u huwa wkoll membru tal-Kumitat għall-Affarijiet ta’ Għawdex. Fl-2004 iggradwa bħala Perit Arkitett u Inġinier Ċivili mill-Università ta’ Malta. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi fejn kiseb Masters fl-Istudji Diplomatiċi. Il-Perit Toni Bezzina huwa s-sieħeb prinċipali ta’ ACB Architects u ħadem ukoll fid-Dipartiment tat-Toroq, l-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Matul is-snin kiseb esperjenza vasta f’diversi oqsma relatati mal-Arkitettura, l-Inġinerija Ċivili u l-Inġinerija tat-Toroq, prinċipalment fid-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proġetti nazzjonali fuq skala kbira. Il-Perit Toni Bezzina huwa miżżewweġ lil Josette née Catania u għandhom tifla, Deborah, li hija miżżewġa lil Brandon Cilia.

Distrett/i: 5
9943 0012
Bernice Bonello

Bonello, Bernice

Bernice Bonello hija l-Kelliema tal-PN għaż-Żgħażagħ u l-Gvern Lokali, b’passjoni qawwija biex tagħti vuċi lill-ġenerazzjoni l-ġdida u ssaħħaħ il-komunitajiet lokali. Hija gradwata fl-Istudji Ewropej u għandha Masters fid-Drittijiet Umani, filwaqt li bħalissa hija studenta tal-Liġi. Bernice temmen f’politika moderna, inklużiva u qrib in-nies, fejn iż-żgħażagħ ikollhom rwol ċentrali fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Permezz tal-istudji u l-esperjenzi tagħha, hija qed taħdem biex tippromwovi aktar opportunitajiet, trasparenza u kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd, b’viżjoni ċara għal futur sostenibbli u ġust.

Distrett/i: 2 u 4
7966 3145
David Bonello

Bonello, David

David Bonello huwa avukat u eks ġurnalist mal-PBS u NET Television. Serva bħala kunsillier lokali fin-Naxxar. Hu direttur fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) wara li kien nominat fuq dan il-Bord mill-Partit Nazzjonalista. David huwa missier ta' żewġt itfal u jgħix in-Naxxar. Qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-PN għall-ewwel darba.

Distrett/i: 10 u 12
7928 5046
Alex Borg

Borg, Alex

Dr Alex Borg twieled fl-10 ta’ Lulju 1995 fir-Rabat, Għawdex. Huwa avukat. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-2022 bl-ikbar ammont ta' voti fost il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, wara l-Kap ta' dakinhar. Serva għal tliet snin bħala Shadow Minister għal Għawdex u fil-Kumitati Parlamentari ta' Għawdex u dak tal-Affarijiet Barranin. Borg trabba fin-Nadur u studja fil-Bishop’s Conservatory, il-Gozo College u s-Sir M. A. Refalo Sixth Form. Fl-2019 iggradwa fil-Liġi u beda jaħdem bħala avukat. Fl-istess sena ġie elett fl-Eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) u ftit żmien wara ġie elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Huwa jemmen fil-politika tal-kuntatt u li l-politiku jrid ikun viċin in-nies. Politikament, jiddeskrivi ruħu bħala li jappoġġa ekonomija b’saħħitha u kompetittiva, iżda jemmen ukoll fl-importanza ta’ servizzi soċjali b’saħħithom bħall-kura tas-saħħa u edukazzjoni bla ħlas. F'Ġunju 2025, wara li ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr e Grech, Borg kien esprima l-interess tiegħu f’din il-kariga u kkandida ruħu għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fis-6 ta’ Settembru 2025 u ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, erbat ijiem wara, fl-10 ta’ Settembru.

Distrett/i: 12 u 13
7956 4265
Dione Borg

Borg, Dione

Ġurnalist mal-media tal-PN għal iktar minn 30 sena. Awtur tal-kotba politiċi 'Libertà Mhedda' u 'Eddie – Is-Sewwa Jirbaħ Żgur'. Ipproduċa diversi dokumentarji u programmi investigattivi fuq NET TV fosthom 'Storja ta' Poplu', 'Evidenza' u 'Skoperti'. Bħalissa jipproduċi u jippreżenta l-programmi 'Opinjoni' fuq NET TV u 'Kuntatt' fuq NET FM. Kontributur fuq il-ġurnal 'In-Nazzjon' u l-gazzetta 'il-mument'.

Distrett/i: 11
7953 8686
Julian Borg

Borg, Julian

Julian Borg huwa perit u preżentament s-sindku tas-Siġġiewi. Il-politika, għal Julian, hija mezz kif tisma’, tifhem u taġixxi skont il-bżonnijiet tan-nies. Julian jaħdem mill-qrib mal-komunitajiet lokali, speċjalment dawk taż-żgħażagħ u l-għaqdiet soċjo-kulturali, biex jifhem il-bżonnijiet ta’ pajjiżna. Julian iggradwa mill-Università ta’ Malta (perit) u l-Università ta’ Heriott Watt (Construction Management) fejn speċjalizza fit-trasport, infrastruttura u enerġija. Dawn il-prinċipji jħaddimhom fil-ħajja ta’ kuljum f’numru ta’ proġetti u jemmen li dawn is-setturi għandhom jaħdmu flimkien biex isolvu l-isfidi ta’ kuljum li qed tiffaċċja Malta. Julian huwa membru fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u preżentatur tal-programm ANALIŻI fuq NET Television. Huwa miżżewweġ lil Christine u għandhom żewġt itfal, Laura u Clara.

Distrett/i: 6
9988 0124 / 7701 4075
Rebekah Borg

Borg, Rebekah

Rebekah Borg hija Membru Parlamentari Nazzjonalista li tirrappreżenta s-7 u l-11-il Distrett, fejn serviet għal numru ta' snin bħala Shadow Minister għall-Ambjent. Omm ta' żewġt itfal, inġinier u avukat b'esperjenza fil-liġi tal-ippjanar u r-regolamentazzjoni ambjentali. Temmen li l-politika tibda u tispiċċa man-nies, u li d-deċiżjonijiet li jittieħdu llum għandhom jibnu futur aħjar għal kull familja Maltija.

Distrett/i: 7 u 11
7780 2806
Eve Borg Bonello

Borg Bonello, Eve

Eve Borg Bonello bdiet l-ewwel tieħu sehem fil-ħajja pubblika bħala żagħżugħa ta’ 14-il sena. Fil-2022, b’baġit ta’ 500 ewro biss, ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-età ta’ 18-il sena, l-iżgħar membru parlamentari fl-istorja ta’ Malta. Bħala Kelliema tal-Oppożizzjoni għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika, hija mexxiet diversi inizjattivi f’din il-leġiżlatura, fosthom dwar kif it-tibdil fil-klima jaffettwa aspetti differenti tal-ħajja ta’ kuljum tagħna u t-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika u dokument ta’ proposti olistiċi fuq l-immaniġġjar aħjar tal-iskart. Minbarra l-ħidma parlamentari u politika, hi qed tkompli l-istudji tagħha fil-liġi fl-Università ta’ Malta fejn gradwat bil-Baċċellerat u issa qed tlesti l-Masters. Tixtieq tibqa’ tagħmel dak li temmen fih: li tibdel l-ideat f’azzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadin.

Distrett/i: 9 u 10
7993 6093
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.