KANDIDATI 2026

Owen Sciberras

Sciberras, Owen

Owen Sciberras, ta' 51 sena, huwa missier ta' tlett itfal residenti ż-Żurrieq. Iben il-mibki Charles Sciberras, eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett u l-ewwel Sindku ta' San Ġiljan. Owen ilu jimmilita fil-Partit Nazzjonalista b'mod dirett għal dawn l-aħħar tmien snin. Minbarra li ilu kunsillier lokali tal-PN fl-Imqabba għal dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi sa mill-2019, Owen okkupa l-kariga ta' President tal-Kumitat tal-PN fl-Imqabba, kif ukoll kien membru fl-Eżekuttiv tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista. Din se tkun it-tieni elezzjoni ġenerali konsekuttiva li se jkun qed jikkontesta f'isem il-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett. Kemm ilu fil-politika, Owen dejjem żamm il-kuntatt dirett man-nies, ħadem għall-ġid komuni u żamm in-nies fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni.

Distrett/i: 5
99476131
Charles Selvaggi

Selvaggi, Charles

Imwieled fl-1967 u miżżewweġ b’żewġt itfal, Charles iddedika ħajtu għall-impenn lejn is-servizz pubbliku fl-istess ħin li bena karriera ta’ suċċess fil-qasam tal-ospitalità. Beda jagħti sehmu fil-politika sa minn età żgħira, u serva bħala segretarju tal-MŻPN fl-Imsida fil-bidu tas-snin tmenin, waqt li aktar tard ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu fl-2008. Ilu joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-kunsill lokali tal-Imsida sa mill-2009 u kien elett Sindku f’Ġunju 2024. Ikkontribwixxa b’mod estensiv fi ħdan il-PN, fejn serva bejn wieħed u ieħor għal 15-il sena fil-Kumitat Eżekuttiv u għal erba’ snin fil-Kunsill Amministrattiv. Fis-settur privat iġib miegħu aktar minn 30 sena ta’ esperjenza maniġerjali fl-ospitalità. Huwa direttur maniġerjali ta’ kumpanija ta’ konsulenza li tipprovdi servizzi ta’ taħriġ u konsulenza, inkluż mystery audits għal kumpaniji li joperaw kemm fis-settur tal-ospitalità kif ukoll f’dak tar-retail.

Distrett/i: 9
7905 2127
Stephen Spiteri

Spiteri, Stephen

Tabib tal-familja għal dawn l-aħħar 30 sena. Jemmen f'politika li tħares il-ġustizzja soċjali. Viċin in-nies, kemm waqt ix-xogħol mediku, kif ukoll f'kull impenn politiku. Irid ikompli jkun ta'servizz u għajnuna lejn dawk l-aktar fil-bżonn. Miżżewweġ lil Claire u għandhom żewġt itfal.

Distrett/i: 2 u 3
9901 9771
Frank Anthony Tabone

Tabone, Frank Anthony

B’karriera fis-settur pubbliku mibnija fuq servizz lejn in-nies, kuntatt kontinwu mal-komunità u valuri sodi ta’ integrità u dixxiplina, Frank Anthony kien membru fil-Forzi tal-Ordni u llum jipprattika bħala avukat fil-qasam civili u dak kriminali. Tul is-snin żamm impenn kostanti biex jaħdem b’onestà u dedikazzjoni, dejjem b’għan wieħed: li jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Jemmen bis-sħiħ li wasal iż-żmien li jagħti kontribut akbar lil pajjiżu u lil Għawdex. Għalhekk, għall-ewwel darba, qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq Ghawdex. L-għan tiegħu hu li jkun vuċi b’saħħitha u determinata għall-Għawdxin, filwaqt li jaħdem bla heda biex jippromwovi politika serja, trasparenti u ffukata fuq il-bżonnijiet reali tan-nies, u biex flimkien nibnu futur aħjar għal Għawdex.

Distrett/i: 13
7934 3815
Ian Vassallo Hagi

Vassallo Hagi, Ian

Mir-Rabat Malta, għandu 33 sena. Magħruf bħala “il-Hagi”. Podjatra (speċjalista tas-saqajn) li jmexxi klinika fir-Rabat. Membru Parlamentari u attiv fil-politika ghal dawn l-ahhar 18 il-sena. Ghal qalbu is-settur tas-sahha, l-anzjanita attiva, kultura, il-biedja u s-sajd. Fil-hin liberu jhobb jsiefer, jistad, attivitajiet relatati ma avventura u bahar u, jgawdi hin mal-hbieb fin-natura.

Distrett/i: 7 u 12
7930 6420
Rachel Williams

Williams, Rachel

Kunsilliera lokali f’San Pawl il-Baħar li tassew jimpurtaha min-nies u mill-ħajja ta’ kuljum fil-komunità tagħha. Dejjem tisma’ lir-residenti, tifhem it-tħassib tagħhom u taħdem biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi, speċjalment f’żona fejn l-isfidi jinħassu aktar. Temmen li billi tkun preżenti, aċċessibbli u konsistenti tista’ nagħmel differenza vera. Fl-istess ħin, qed tistudja l-liġi fl-Università ta’ Malta, li jgħinha tifhem aħjar kif tiddefendi l-ġustizzja u taqdi lill-komunità b’mod aktar effettiv.

Distrett/i: 10 u 12
9989 8777
Julie Zahra

Zahra, Julie

Julie Zahra ġiet eletta għall-ewwel darba bħala Deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-2022, fejn inħatret ukoll bħala Shadow Minister għall-Arti, il-Kultura, l-Industrija tal-Films u l-Wirt Nazzjonali. Fl-2025, filwaqt li żammet ir-responsabbiltà għall-Arti u l-Kultura, ġiet fdata wkoll bil-portafoll tal-Industrija Kreattiva. Hija għandha baċellerat fis-soċjoloġija kif ukoll fil-mużika, u hija kkwalifikata u taħdem bħala għalliema. Preżentament, qiegħda wkoll tkompli l-istudji tagħha permezz ta’ kors terzjarju fil-medjazzjoni.

George Vital Zammit

Zammit, George Vital

George Vital Zammit huwa lettur fid-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza ġewwa l-Università ta’ Malta. Qabel l-akkademja, ħadem fil-qasam tar-riżorsi umani fl-intrapriża privata, imbagħad bħala uffiċjal fis-Servizz Pubbliku. Serva f’numru ta’ Ministeri u kien Assistant Direttur fl-Uffiċċju tal-Kabinett, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dott Zammit iggradwa fil-Management, fl-iStudji Diplomatiċi, u kiseb Dottorat fl-Istudji Politiċi mill-Università ta’ Sheffield. Jgħallem suġġetti marbutin mal-governanza, l-amministrazzjoni, il-Parlament u l-qafas regolatorju. Kien Kap tad-Dipartiment u viċi-Dekan tal-Fakultà. Isegwi mill-qrib il-Presidenza Amerikana u fl-2019 kien Fulbright Scholar ġewwa Rutgers University, New Jersey. Matul is-snin ġie mistieden fuq diversi mezzi tax-xandir bħala opinjonista dwar temi marbutin mal-politika Maltija u barranija.

Distrett/i: 6 u 12
9947 1420
PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.